Dad, political sociologist, local councillor, drummer from Malta

Monday, October 08, 2012

Proposti Hodor ghall-ekonomija sostenibbli

Michael Briguglio

Dan l-ariklu deher f’Zminijietna Ottubru-Dicembru 2012 www.zminijietna.org


F’dan l-artiklu nixtieq nelenka numru ta’ proposti ewlenin ta’ Alternattiva Demokratika f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ politika ekonomika u fiskali.

L-ekonomija Maltija hija wahda miftuha u esposta hafna ghal zviluppi fl-Unjoni Ewropea u fl-ekonomija globali. Il-Gross National Income ta’ Malta hija madwar tlett kwarti tal-medja ta’ l-UE. Skond l-indici ta’ l-izvilupp uman tal-Programm ta’ Zvilupp tal-Gnus Maqghuda, Malta qeghda fis-36 post minn 187 pajjiz (2011).

Politika ekonomika serja ghandha tikkunsidra tliet realtajiet. L-ewwel, li n-nefqa ghandha tkun sostnuta mid-dhul. It-tieni, li rizorsi naturali huma limitati u ghandhom jintuzaw bl-iktar mod sostenibbli possibli. It-tielet, li Malta hija esposta ghal kundizzjonijiet ekonomici esterni.

Il-politika ekonomika ta’ AD tirrikonoxxi dawn it-realtajiet permezz ta’ Green New Deal li tippromwovi l-izvilupp ekonomiku filwaqt li tnaqqas prattici insostenibbli, bil-ghan li zzid il-gustizzja socjali u l-kwalita’ tal-hajja tal-poplu, billi, fost ohrajn, tiggenera opportunitajiet ta’ xoghol.

Il-Green New Deal

Alternattiva Demokratika - the Green Party tappoggja l-vizjoni tal-green new deal. Bhala partit li jaghti priorita lill-izvilupp sostenibbli, l-ghan taghna huwa li jkun hemm sintezi bejn l-aspetti socjali, ekologici u ekonomici ta’ l-izvilupp. Ghalhekk, AD ma taghmilx wieghdi fiergha li jistghu iwasslu ghal nuqqas ta’ dixxiplina fiskali u prattici insostenibbli.

Studji jindikaw li 5 miljun impjieg jistghu jigu ggenerati fl-Unjoni Ewropea permezz tal-Green New Deal, f’setturi bhall-manifattura, turizmu, servizzi, informatika, ricerka, energija alternativa, trasport, agrikultura, xoghol fil-komunita’ u mmaniggjar ta’ l-iskart.

Haddiema f’livelli varji, inkluz dawk professjonali, amministrattivi u teknici, ghandhom x’jiggwadanjaw minn dan it-tip ta’ investiment. Apparti zieda f’investiment ghal progetti li jiggeneraw l-impjiegi u li huma ekologikament u socjalment sostenibbli, il-Gvern jista’ jincentiva n-negozju sabiex jinvesti f’dawn l-oqsma.

Mizuru bhal tax breaks, inizjattivi ta’ venture capital u soft-loans ikunu ta’ beneficcju f’dan ir-rigward. Il-kunsilli lokali ghandhom ikollhom iktar awtorita’ u rizorsi ghall-holqien ta’ dawn l-opportunitajiet.

Il-Green New Deal tirrikjedi pagi gusti u kundizzjonijiet ta’ xoghol tajba, u mhux xoghol prekarju. Ir-rata’ ta’ impjieg ta’ Malta, li hi l-iktar wahda baxxa fl-UE, spejcalment minhabba r-rata baxxa ta’ nisa u haddiema anzjani f’impjieg, ghandu jinkoraggina biex naghmlu iktar f’dan ir-rigward.

Il-Green New Deal tinvolvi konsultazzjoni serja ma’ dawk kollha involuti. Dawn jinkludu sidien, haddiema, komunitajiet lokali, rapprezentanti tas-socjeta’ civili u konsumaturi.

Ghalhekk, il-Green New Deal tinvovli bidla fil-mod kif inharsu lejn l-izvilupp ekonomiku.

Politika Fiskali

Id-deficit u d-dejn nazzjonali ghandhom ikunu immaniggjati sew. Fil-kostituzzjoni ta’ Malta ghandha tiddahhal provizzjoni li tizgura bagit ibbilancjat. Dan ghandu jsir obbligatorju wara tranzizzjoni xierqa, hlief ghal kazijiet eccezzjonali li jkunu jirrikjedu approvazzjoni ta’ zewg terzi tal-Parlament.

In-nefqa tal-Gvern ghandha tkun sostenibbli filwaqt li timmira li ttejjeb il-prioritajiet ambjentali, socjali u ekonomici.

AD qed tipproponi mizuri fiskali ibbazati fuq gustizzja socjali, protezzjoni ambjentali u hsieb ekonomiku ghaqli. Peress li Malta tiddependi fuq l-esportazzjoni, il-politika ekonomika ghandha timmira li zzid il-kompettitivita’ permezz ta’ inventivi varji f’sfond ta’ vizjoni hadra sostenibbli. Ghandu jkun hemm caqliq minn taxi fuq ix-xoghol ghal taxxi fuq prattici li huma ta’ dannu ambjentali li jiggeneraw skart u tniggiz eccessiv, li juzaw ir-rizorsi b’mod insostenibbli u li jispekulaw fuq propjeta’ u finanzi. Ghandu jkun hemm iktar hidma kontra l-evazjoni tat-taxxa.

AD temmen f’sistema progressiva ta’ taxxa fuq id-dhul, ibbazata fuq il-kunsiderazzjoni etika li dawk li jistghu jikkontrbwixxu iktar b’mod proporzjonali ghandhom jaghmlu dan. Nemmu li ghandu r-rata ta’ ezenzjoni ghal dawk li ghandhom dhul baxx ghandha tizdied.

F’dak li ghandu x’jaqsam mal-VAT, filwaqt li din it-taxxa ghandha l-vantaggi, ghandha ukoll tendenza rigressiva. Dan minhabba li dawk bi dhul baxx li jonfqu hafna mid-dhul taghhom fuq il-konsum jispiccaw ihallsu iktar VAT b’mod proporzjonali. Ghalhekk, AD tappoggja skemi li zzom rata ta’ VAT baxxa fuq prodotti u servizzi li jiehud proporzjon gholja tan-nefqa ta’ persuni li ghandhom dhul baxx.

L-ispekulazzjoni fuq il-propjeta’ ghandha tkun intaxxata mit-tielet propjeta’ vojta l-quddiem, specjalment meta Malta hija sit perpetwa ta’ kostruzzjoni u meta kwart tal-propjetajiet huma vojta. Dan jinkoragixxi ukoll il-kiri u l-bejgh ta’ propjetajiet u l-uzu ta’ bini ezistenti li qed jinzammu vojta ghal skop ta’ spekulazzjoni minflok ma jkun hemm iktar art mibnijja.

L-ilma – rizorsa strategija ta’ importanza nazzjonali – ghandu jkollu prezz realisitku. Fuq medda ta’ zmien qasira, kull borehole mhux registrat ghandu jigi abolit. Fuq medda ta’ zmien itwal, u hlief ghal xi eccezzjonijiet strategici bhall-agrikoltura, il-prezz veru ta’ l-ilma ghandu jkun rifless fil-konsum tieghu. Il-korporazzjoni ghas-servizzi ta’ l-ilma ghandha jkollha kontroll shih fil-produzzjoni ta’ l-ilma, li, sussigwentament, ghandu jigi ridistribwit skond il-prioritajiet tal-pajjiz.

Filwaqt li koperattivi u kumpaniji zghar u ta’ daqs medju u kumpanijii certifikati bhala dawk ta’ kummerc gust ghandhom ikollhom piz ta’ taxxa inqas, ghandha tizdied it-taxxa fuq banek u kumpanijii finanzjarji li jaghmlu windfall profits, biex b’hekk titrazzan l-ispekulazzjoni finanzjarja. Malta ghandha tappoggja wkoll il-proposta tal-Kumissjoni Ewropea ghal taxxa fuq it-tranzazzjonijiet finanzjarji, kontra l-ispekulazzjoni fil-finanzi.

Gholi tal-hajja u pagi

AD tissugerixxi assessjar realistiku ta’ l-aggustament ta’ l-gholi tal-hajja sabiex il-kumpens annwali verament jirrifletti z-zieda fl-inflazzjoni. Ghalhekk, ghandu jkun hemm metodologija aggornata minflok dik li tezisti fil-prezent ghall-COLA.

Il-Gvern ghandu jara li prezzijiet eccessivi, per ezempju permezz ta’ abbuzi tal-monopolji u kwazi monopolji fis-suq u kolluzjoni bejn dawk li jissuplixxu s-suq, ghandhom jigu mrazzna. L-introduzzjoni ta’ swieq tal-bdiewa kien ta’ beneficcju f’dan ir-rigward.

Sabiex il-prezzijiet tal-mediċini ma jibqgħux għoljin, għandha ssir riforma fl-importazzjoni tal-mediċini. Filwaqt li s-settur privat għandu jkollu l-libertà jimporta l-mediċini, il-Gvern għandu jimporta mediċini essenzjali wkoll. Dan jgħin biex il-prezzijiet ikunu iktar raġonevoli, peress li l-Gvern ikun jista’ jgawdi minn economies of scale u peress li jkun hemm iktar kompetizzjoni.

F’dak li ghandu x’jaqsam ma’ l-energija, l-istat ghandu jkollu rwol ewlieni. Huwa mportanti li l-Gvern jippromwovi energija alternattiva, biex b’hekk ikun hemm iktar sostenibilita’ u inqas dipendenza fuq l-importazzjoni ta’ energija mahmuga. Prattici halja, u mhux il-konsum baziku ta’ dawl u ilma, ghandha tigi penalizzata. Il-konsum baziku ghandu jigi ssusidjat.

AD temmen li l-paga minima ghandha tizdied u li ghandha tigi estiza ghall-haddiema part-time u kuntrattwali. Din ittejjeb il-kwalita’ tal-hajja tal-haddiema u jkun hemm iktar flus fl-idejn. Din tkun ukoll ta’ incentiv biex iktar persuni jahdmu formalment, ghax ikun jaqbel. Il-gvern ghandu wkoll izid il-hidma biex jonqos xoghol mhux iddikjarat.

AirMalta

Minhabba l-importanza strategika ta’ l-AirMalta, il-Gvern ghandu jzomm sehem importanti ta’ kontrol fuq din il-kumpanija. Inkella, Malta tirriskja li tersaq lejn id-direzzjoni ta’ pajjjizi li huma totalment dipendenti ghad-diktat ta’ operaturi kbar ta’ l-ajru. Fl-istess hin, il-Gvern ghandu jizgura li l-kumpanija topera b’mod sostenibbli, li taddatta kontinwament ghall-htigijiet tal-konsumaturi u li toffri kundizzjonijiet ta’ xoghol tajba. AirMalta m’ghandiex tersaq lejn id-direzzjoni ta’ xoghol prekarju, izda l-anqas m’ghandha topera ta’ agenzija ta’ l-impjieg ghall-kostitwenti ta’ politici. Operar ekonomiku sostenibbli permezz ta’ mmaniggjar professjonali u konsultazzjoni ma’ l-unjins, jizgura li l-AirMalta trendi.


No comments: