Sociologist, local councillor, activist from Malta

Monday, July 30, 2012

Michael Briguglio, Chairperson tal-AD, f’ intervista ma’ Andrew Azzopardi fis-SERJE | ‘Time To Answer’


http://andrewazzopardi.org/2012/07/30/michael-briguglio-chairperson-tal-ad-f-intervista-ma-andrew-azzopardi-fis-serje-time-to-answer/


Xi haga fuqek


MB: Ghandi 37 sena. Jien missier David, li ghandu 4 snin u li dejjem jurini xi tfisser imhabba minghajr kundizzjonijiet. Gej minn familja ta’ nies intelletwali u b’tendenzi liberali. Kollha konna jew ghadna nghallmu. Missieri ekonomista u ommi kienet ghalliema ta’ l-Ingliz. Ohti ekonomista ambjentali. Missieri u ommi iltaqghu bhala studenti ta’ l-arti , u fis-sebghinijiet kienu attivi rispettivament fix-Xirka Gustizzja Socjali u fil-Moviment Emancipazzjoni tal-Mara fost ohrajn. Missieri kien ukoll fl-ezekuttiv tal-MLP izda tkecca wara li oggezzjoni ghal xi decizzjonijiet ta’ Mintoff fl-Universita u fiz-zwieg tal-partit mal-GWU. Imbaghad missieri fforma l-Partit Demokratiku Malti u kkontesta l-elezzjonijiet fl-1987. Kont immur mieghu fil-vann u rajt b’ghajnejha xi tfisser tiggieled kontra l-arroganza tal-poter. Ommi u missieri dejjem kienu mdawrin bi hbieb intelletwali, estroverti u liberali, u din zgur kellha impatt fuq il-hsibijiet tieghi. Niftakar inkellem lill-mibki Julian Manduca f’party ghand il-genituri tieghi.

Sa dan it-tant ohti kienet attiva fil-politika studenteska. Fl-istess zmien, bhala zghazugh jien iltqajt ma’ kotba u muzika li biddluli hajti…. Kotba bhall-Animal Farm ta’ Orwell u Leli ta’ Haz-Zghir ta’ Ellul Mercer, muzika bhal ta’ Ronnie James Dio u tar-Rage Against the Machine, u ikoni bhal Che Guevara, li ghalmuni li tista’ tbiddel l-affarijiet jekk tqum fuq saqajk.

L-arti tbaqbaq go demmi fil-forma tal-muzika. Ironikament, ohti introducietni ghad-drums u bdiet iddoqqhom qabli, izda wara ftit waqfet, u ghamlet success f’oqsma ohra bhat-televizjoni u l-film. Minn naha l-ohra jien ili ndoqq id-drums ghal iktar minn 20 sena, u nappartjeni ghal 2 gruppi stabiliti fix-xena Maltijia, ‘Norm Rejection’ u ‘Dripht’. Il-familja t’ommi “Lucia” huma familja ta’ muzicisti, u skoprejt li n-nannu tieghi kien idoqq id-drums ic-Chalet f’tas-Sliema.. Mur ghidlu li jien kelli nkun drummer u kelli nkun attiv f’rebha sabiex is-sit ma jigix zviluppat f’shopping centre!

Nghallem is-socjologija fl-Universita’ ta’ Malta, u ftit gimghat ohra ghandi l-viva ghad-Dottorat. Jien kburi li jien l-ewwel student li ggradwa mid-Dipartiment tas-Socjologija li spicca jghallem full-time fl-istess dipartiment. Nemmen f’socjologija kritika, u ghalhekk inqis is-socjologu bhala akkademiku li jiehu pozizzjoni (konxjament jew inkonxjament) f’dak li ghandu x’jaqsam mal-qaghda socjali u politika. Fl-opinjoni tieghi, it-teorija hija prattika, u ghalhekk, ghandha ezistenza materjali.

Ili attiv mill-politika ghal kwazi 20 sena, meta flimkien ma’ ohrajn bhal James Debono, kont wiehed mill-fundaturi tal-Moviment Graffitti fl-1994 u fl-istess zmien dhalt ma’ Zminijietna Lehen ix-Xellug ukoll. Ahna l-Graffittisti qajjimna bosta kwistjonijiet fid-disghinijiet, bhad-drittijiet civili (bhad-divorzju), il-gustizzja socjali u l-gharfien ta’ l-ambjent bhala kwistjoni ambjentali. Konna attivi f’bosta kampanji bhall-Front Kontra l-Hilton u l-Front Kontra l-Golf Kors.

F’din ta’ l-ewwel, irnexxielna nqajmu kuxjenza pubblika dwar l-impatti ta’ mega-progetti, u dan serva ta’ xprun ghal movimenti li gew fis-snin ta’ wara. Dwar il-Front Kontra l-Golf Kors, fejn eventwalment kont attiv f’isem AD, irnexxielna nwaqqfu zvilupp enormi permezz ta’ strategija mahsuba sew.

Sa dan it-tant, fl-1998 dhalt fl-Alternattiva Demokratika fejn kont ufficjal relazzjonijiet pubblici bejn 2000 u 2004 u kont Kunsillier f’Tas-Sliema bejn 2003-2009, u minn din is-sena fejn get elett ghat-tielet darba.

Fl-2009 gejt elett Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika. Wahda mill-ewwel kisbiet kienet l-introduzzjoni tad-divorzju f’Malta, fejn konna ahna li ktibna lill-membri tal-parlament u bghatnilhom ligijiet, fosthom ta’ l-Irlanda. Dan wassal ghall-holqien tal-Moviment Iva. Il-pass li jmiss hu li AD taqdi r-rwol storiku taghha bhala l-vuci ghal iktar progressivi fis-socjeta’ Maltija.

Inti Marxista?


MB: Karl Marx qal li hu mhux Marxista. Ma ntihx tort, meta hemm tant analizijiet differenti taht din il-kappa. Jekk b’Marxizmu, wiehed jifhem xi dogma kwazi-religjuza li tadura lill-Marx u l-Engels b’xi kult tal-personalita’ jew lill-mudell Sovjetiku, mela jien ukoll nghid “m’inix Marxista”. Fil-verita’ Marx u Engels huma tnejn mill-ikbar hassieba ta’ kull zmien, specjamlent bil-mod kif janalizzaw kif tahdem is-sistema kapitalista. L-analizi taghhom, bhal kull analizi, ghandha l-kontradizzjonijiet u n-nuqqasijiet taghha wkoll. Marx u Engels jinfluenzaw il-hsieb tieghi politiku u socjologiku, l-istess bhal ma jaghmlu hassieba ohrajn bhal Albert Camus, Louis Althusser, Ernesto Laclau, Chantal Mouffe, Michel Foucault, Alain Badiou, Anthony Giddens, Nicos Poulantzas, Alain Lipietz, Ulrich Beck, Zygmunt Bauman, Antonio Gramsci, Peter Dickens, Jean Baudrillard u ohrajn.

X’ inhu r-rwol tieghek bhala Chairperson tal-AD?


MB: Li mmexxi l-Partit b’ vizjoni cara u li nkun il-punt ta’ referenza ewlenija mas-socjeta’ civili u mal-media. Ghalhekk, immexxi l-laqghat ta’ l-ezekuttiv, u nikkordina l-process ta’ policy making u ta’ partecipazzjoni fl-isfera pubblika. Meta sirt Chairperson fl-2009 ghamiltha cara li ghandi vizjoni socjali u ekologika, li ser inkunu attivi ghall-introduzzjoni ta’ bosta drittijiet civili u li hadd m’ghandu jiehu lill-partit for granted. Ghamilta cara wkoll li AD ghandha jkollha struttura kemm jista’ jkun orizzontali. Bhala Chairperson nemmen li AD ghandha responsabilita’ storika li tkun il-vuci progressiva f’Malta, fi zmien ta’ bidliet kbar. Ghalhekk, inqis ir-rwol ta’ Chairperson mhux biss bhala wiehed ta’ koordinazzjoni u tmexxija, izda iktar u iktar, bhala rwol b’identita’ ideologika u strategika cara.

Fuqiex hija mibnija l-identita’ tal-AD, disgruntled voters?


MB: AD hija Green Party, u ghalhekk l-identita’ taghna hija mibnija fuq principji cari bhall-gustizzja socjali, il-protezzjoni ambjentali, is-sostenibilita’ u d-drittijiet civili.

Hija gusta l-kritika li gejja minn diversi kwartieri li l-AD marret wisq fuq ix-xellug?


MB: AD qed iggib ruhha ta’ Green Party. Ovjament dan ipoggina fuq ix-xellug tal-PN u tal-PL. Politika effettiva ma tistax toghgob lill-kullhadd, u taghmel x’taghmel dejjem qed tiehu pozizzjoni, anke jekk m’intix konxju dwar dan. Jien ihossni komdu f’politika li tiehu l-pozizzjoni ta’ min hu oppress, sfruttat, emarginat. M’ghandix apologiji x’naghmel ghal min ma jridniex nitkellmu fuq il-protezzjoni ta’ l-ambjent, fuq il-gustizzja socjali, fuq id-drittijiet civili.

X’ hemm fl-AD li huwa differenti mill-PN u l-PL?


MB: AD ghandha principji cari, u maghna taf fejn qieghed. M’ahniex dipendenti fuq il-finanzjament tal-big business, u ghandna ideologija ekologika u socjali. Fis-sitwazzjoni prezenti, AD ghandha responsabilita’ storika li tkun il-vuci progressiva fis-socjeta’ Maltija. Il-partiti l-ohra jiddependu mill-finanzi tal-big business, jahdmu bhala cartel politiku billi jipprovaw jeskludu lill-haddiehor mis-sistemi politici u billi jipprovaw jikkapparraw il-hajja privata tan-nies. It-tnejn ghandhom bosta similaritajiet ideologici – bhall-mod kif jemmnu f’ekonomija karatterizzata minn zvilupp insostenibbli.

Kif tanalizza l-kuntest politiku prezenti?


MB: Is-sitwazzjoni kwazi saret farsa, u jehtieg li tissejjah elezzjoni generali. Il-Gvern Nazzjonalista qieghed fi krizi, u qed jimxi permezz ta’ crisis management biex isalva wiccu. Izda jidher li iktar ma jipprokastina, qed johloq incertezza. Fl-istess hin, l-inugwaljanzi qed jizdiedu u l-ambjent Malti qieghed f’sitwazzjoni prekarja. Fejn jidhlu drittijiet civili, pajjizna qisu xi presepju fl-Ewropa.

Minn naha l-ohra, il-Partit Laburista qed igib ruhu ta’ partit li juza strategiji opportunisti, l-aqwa li jiehu l-poter. Il-popolizmu tal-PL fuq kwistjonijiet bhall-politika fiskali, l-immigrazzjoni u l-energija, xi kultant huma simili ghal dak li jghid il-lemin popolista fl-UE. Il-popoliżmu ħafna drabi hu mibni fuq retorika li ‘tbigħ’, iżda mhux bilfors ikollha soluzzjonijiet sostenibbli. F’dan il-każ, bħal inkubu bil-fatati, tista’ terġa’ tiġi lura meta jkun il-waqt, u jintwera li lil hinn mir-retorika ma’ kien hemm xejn. Il-popoliżmu tista’ trebbaħ elezzjoni, iżda dan mhux neċessarjament isarraf f’bidliet soċjali.

Pajjizna jehtieg it-tielet vuci fil-parlament, mhux biss sabiex jigu proposti bidliet progressivi li tant huma mehtiega ghall-pajjiz, izda wkoll sabiex ikun hemm vuci responsabbli li m’hijiex ostagg tal-big business jew ta’ politika tribali.

Il-fatt li s-sistema elettorali ma tiffavorixxix partiti zghar ma jfissirx li huwa sforz fil-vojt li qed taghmlu?


MB: Il-fatt jibqa’ li l-vot huwa arma li tista’ ggib il-bidla. Jekk trid il-bidla, ivvota ghaliha.

X’ impatt halliet l-AD fuq is-socjeta’ Maltja?


MB: Il-fatt li t-tielet partit ilu jezisti mill-1989 diga’ huwa impatt minnu nnifsu. Bhala Green Party, AD kellha impatt qawwi fil-politika ambjentali, kemm f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ kuxjenza kif ukoll ma’ rebhiet specifici (bhall-Front Kontra l-Golf Kors). L-istess jista’ jinghad fil-kamp tad-drittijiet civili – id-divorzju huwa kaz car. Fil-futur ha naraw l-istess f’kwistjonijiet bhall-introduzzjoni taz-zwieg ghall-persuni ta’ l-istess sess, drittijiet varji ta’ persuni LGBT, id-dekriminalziazzjoni ta’ l-uzu personali tad-droga, id-dritt ta’ l-IVF u z-zieda fil-paga minima, il-glieda kontra x-xoghol prekarju u l-abolizzjoni tal-kacca fir-rebbiegha. Fiz-zewg referenda ta’ dawn l-ahhar snin AD darbtejn kienet fuq in-naha t-tajba ta’ l-istorja (shubija fl-UE u divorzju) u s-sahha morali taghna ghen biex jintrebhu dawn iz-zewg kwistjonijiet. Jekk il-politika hija ferrovija, AD ma tibzax tirkibha.

X’ tahseb fuq Lawrence Gonzi u Joseph Muscat?


MB: Qabel xejn ghandi rispett shih lejhom bhala kollegi fis-sistema politika.
Lawrence Gonzi, ghal xi zmien kien jidher politiku kwazi perfett. Simpatiku, lest li jisma, joffri serhan tal-mohh, u b’kuxjenza socjali. Illum kwazi sar parodija tieghu innifsu. GonziPN intefah wisq u imploda, u issa qed jaghmel minn kollox biex jibqa’ fil-poter, anke jekk dan qed igib incertezza kbira. Imbaghad hemm aspetti, bhal politika konfessjonali, li nopponi. L-ikbar mertu ta’ Gonzi hu li fl-isfond ta’ krizi globali, is-sitwazzjoni ekonomika f’Malta ma kkolassatx, s’issa. Izda nistghu nibqghu b’ekonomija wisq dipendenti fuq spekulazzjoni fil-kostruzzjoni? U xi nghidu ghaz-zieda fl-inugwaljanza, fil-prekarjat?

Joseph Muscat jaghti l-impressjoni li lest li jisma. Izda din qed igebbidha z-zejjed, tant li l-politika tieghu saret qisha wahda tal-vox pops, wahda popolista, u nieqsa mis-sustanza. Politika li tipprova toghgob lill-kulhadd tista’ trebbhek elezzjoni, izda mhux neccessarjament iggib maghha il-bidla socjali. Anzi, aktarx thalli kollox kif inhu, hlief li jkun hemm kabinett ta’ Ministri u kapijiet tac-civil differenti.

X’ ha tkun l-ghajta elettorali tal-AD?


MB: Maghna taf fejn qieghed. Jekk trid il-bidla, ivvota AD.

Thoss li l-agenda ambjentali ingibdet minn taht saqajn l-AD?


MB: Le. Meta nigu ghas-si u n-no, il-PN u l-PL jibqghu partiti li jhaddnu politika insostenibbli. Ara kif jivvutaw ir-rapprezentanti taghhom fuq il-bord tal-MEPA. Iktar iva milli le, jiffavorixxu lill-izviluppaturi l-kbar. Ara l-politika taghhom fuq l-energija. Il-PN halla lil Malta totalment dipendenti fuq l-energija mahmuga, li ser tibqa’ toghla fil-prezz, u l-PL qed jipprova jbiegh fantazija popolista’ ta’ power station fuq il-bahar li ma jkollux emissjonijiet. Ara x’qed jghidu il-PL l-PN fuq l-ilma, fuq il-kacca. Il-lista tibqa’ sejra.

Min ha jirbah l-elezzjoni u kif tipprevedi li ha tmur l-AD?


MB: Bhal ma qal Althusser, “the future lasts a long time”…..

Jekk terga’ tmur hazin l-AD, dan il-Partit ikun ifisser li ghandu jzarma?


MB: Jien nittama u nahdem sabiex inzidu fil-voti. Dan jaf jiddetermina r-rizultat ta’ l-elezzjoni generali.

www.andrewazzopardi.org

No comments: