Dad, political sociologist, local councillor, drummer from Malta

Thursday, April 12, 2012

Diskors, Michael Briguglio Chairperson, Alternattiva Demokratika - Konferenza tal-FORUM, 12 ta’ April 2012

Ihossni onorat li qed nindirizza din il-konferenza tal-Forum bhala Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika.

Forum tirraprezenta 12,000 haddiem li fost ohrajn jinkludu professjonisti bhall-akkademici, ghalliema, imfermiera, qwiebel, piloti u inginiera ta’ l-ajruplani.

Alternattiva Demokratika dejjew uriet appogg shih taghha ghat-talba tal-Forum biex tkun parti mill-MCESD.

Sfortunatament, il-politika partiggjana u alleanzi ta’ klassi socjali kienu qed iwasslu ghall-eskluzzjoni tal-Forum minn din ir-rapprezentanza.

Meta wiehed janalizza t-tip ta’ haddema li hemm imsiehba mal-Forum, wiehed jista’ jikkonkludi li aktarx din il-unjin ser tibqa’ tikber fis-snin li gejjin. Ghalhekk, l-eskluzzjoni tal-Forum mill-MCESD kienet qed tfisser li eluf ta’ haddiema mhux qed jigu rapprezentati f’din l-istituzzjoni.

Minn naha l-ohra, il-Forum mill-ewwel kienet giet accettata bhala membru tal-MEUSAC. Alternattiva Demokratika hija kburija li hadmet ghall-inkluzjoni tal-Forum f’din l-istituzzjoni.

Illum nixtieq nitkellem dwar xi sfidi li nikkunsidra bhala importanti ghall-unjins u
l-haddiema f’Malta.

Biex nibda, ma naqbilx ma dawk li jemmnu l-klassi socjali spiccat. Jekk xejn, id-differenzi bejn il-klassijiet qed jikbru f’kuntest ta’ krizijiet ekonomici u mizuri ta’ awsterita’.

Il-fatt baziku li haddiema ibieghu ix-xoghol taghhom lil min jimpjegohom ghadu jregi, u minnu nnifsu, dan jirraprezenta inugwaljanza fis-socjeta’ ta’ zminijietna.
Minn naha l-ohra, il-klassi tal-haddiema hija diversifikata mhux biss f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ tip ta’ ipjieg, kundizzjonijiet ta’ xoghol u fatturi strutturali ohra, izda hija karatterizzata wkoll minn differenzi fil-percezzjonijiet, aspirazzjonijiet, stil ta’ hajja u affiljazzjoni politika. Dawn id-divergenzi jistghu jispjegaw ghal xiex Malta m’ghandhiex vuci maghquda dwar kwistjonijiet ta’ importanza kbira ghall-haddiema.

Kwistjoni importanti f’dan ir-rigward hi li jkun hemm assessjar realistiku tal-COLA, sabiex il-kumpens ta’ kull sena verament jirrifletti iz-zieda fl-inflazzjoni.

Ghalhekk, ghandu jkun hemm riforma fil-metodologija li tintuza f’dan ir-rigward.
Alternattiva Demokratika ilha titlob ukoll ghal zieda fil-paga minima u ghal revizjoni fil-mod kif din tigi kkalkulata. Ahna sodisfatti li apparti organizazzjonijiet progressive ohra, issa anke l-Caritas qed taghmel din it-talba.

Zieda fil-paga minima ghandha tinghata ukoll lill-haddiema part-time u lil dawk li qed jigu sfurzati jirregistraw bhala self-employed. Dan jghin sabiex titjieb il-kwalita’ tal-hajja ta’ haddiema b’paga baxxa. Dan ikun ta’ inkurragiment sabiex iktar persuni jidhlu f’impjieg formali, u jinkoraggixxi iktar produttivita’ fil-process.

Kwistjoni ohra ta’ importanza kbira hi dik tax-xoghol prekarju. In-nuqqas ta’ sigurta’ u kundizzjonijiet hziena ta’ xoghol qed jinfirxu f’setturi varji ta’ l-ekonomija, minn xoghol ta’ tindif sa xoghol ta’ ricerka, b’haddiema jigu impjegati b’kuntratti definitit jew li jigu mgieghla jirregistraw bhala self-employed.

Dan qed izid l-istress, l-anzjeta’ u r-riskji lill-haddiema li ma jistghux jippjanaw minhaba nuqqas ta’ sigurta’, jew li ma jistghux ilahhqu ma’ l-gholi tal-hajja, gieli anke b’paga iktar baxxa mill-paga minima.

Il-Gvern u l-MCESD ghandhom juru determinazzjon ikbar kontra dawn is-sitwazzjonijiet. Il-Gvern ghandu jaghti l-ezempju billi jwaqqaf kuntratti pubblici ibbazati fuq kundizzjonijiet inaccettabbli. Ghandhom jigu introdotti standards cari f’dan ir-rigward.

Alternattiva Demokratika temmen ukoll li l-ugwaljanza bejn is-sessi ghandha tinghata iktar importanza fil-politika dwar l-impjiegi.

Dan m’ghandux ifisser biss li jkun hemm persentagg ikbar ta’ nisa b’impjieg, jew li jkun hemm biss zieda ta’ nisa fi grad manigerjali. Li hemm bzonn iktar u iktar hu li jkun hemm politika socjali iktar egalitarja, li taghti priorita’ ghall-job sharing, hinijiet ta’ xoghol flessibli b’ghazla tal-haddiem, childcare centres accessibbli – inkluz wara l-hin ta’ l-iskola, u affarijiet ohra simili.

Il-leave tal-genituri ghandu jibqa’ jizdied lejn in-norma fl-Unjoni Ewropea, u l-gvern ghandu jibqa’ jerfa parti minn nefqa ghal dan.

Il-politika socjali Maltija ghandha tippromwovi l-kuncett ta’ universal caregivers, fejn in-nisa u l-irgiel – irrispettivament mill-qaghda taghhom – ghandhom ikunu attivi kemm fl-isfera pubblika (impjieg, socjeta’ civili, hin hieles ecc..) kif ukoll fl-isfera privata (harsien tad-dipendenti ecc..).

Barra minn hekk ghandna naspiraw ukoll sabiex ikollna inqas hin ta’ xoghol u iktar hin hieles. Dan ghandu jkun iktar ottenibbli f’kuntest ta’ produttivita akbar.

Galadarba l-unjins tal-haddiema kienu u ghadhom krucjali fir-rebhiet tal-klassi tal-haddiema, ahna nappellaw lill-istess unjins sabiex izidu l-attivizmu favur kategoriji u gruppi li qed jiffaccjaw sitwazzjonijiet ta’ inugwaljanza fid-dinja tax-xoghol. Dawn jinkludu persuni b’dizabilita’, immigranti, eks-habsin u haddiema anzjani.

Proposti ohrajn li nappoggjaw jinkludu li l-closed shops isiru illegali; li jkun hemm vot sigriet bejn il-haddiema qabel azzjoni industrijali; u li kull kuntratt definit li jiġi mġedded għal aktar minn sena għandu jitqies awtomatikament bħala kuntratt indefinit.

L-ahhar izda zgur li mhux l-inqas, flimkien ma’ partiti hodor ohrajn, ma’ unjins tal-haddiema u mal-Gnus Maqghuda, AD tappoggja l-vizjoni tal-Green New Deal.
Din il-vizjoni taspira ghall-generazzjoni ta’ green jobs f’oqsma bhall-edukazzjoni, informatika, trasport, turizmu, immaniggjar ta’ l-iskart, agrikultura u ohrajn.

Permezz ta’ dan, jinholoq ix-xoghol filwaqt li jigi protett l-ambjent. Izda, l-istess bhal f’kull settur iehor ta’ l-ekonomija, ghandu jigi zgurat li impjiegi godda ma jkunux prekarji.

Ghad irridu naraw jekk sidien humiex lesti jirrikorru ghal iktar investiment sostenibbli u jekk il-Gvern huwiex lest jaghti iktar incentive f’dan il-qasam.
Alternattiva Demokratika temmen li l-istat ghandu rwol ewlieni biex tigi zgurata politika socjali, ambjentali u ekonomika li tkun gusta u sostenibbli, u li jaffettaw b’mod pozittiv il-kundizzjonijiet ta’ xoghol u l-kwalita’ tal-hajja. Bhal ma qed naraw fil-qasam ta’ l-energija, governanza dghajfa u nuqqas ta’ ppjanar qed iwasslu ghal tbatijiet ghal hafna haddiema.

Bl-istess mod, nemmnu li l-unjins tal-haddiema huma krucjali fl-attivizmu tal-haddiema ghal hajja iktar dinjituza

Ghalhekk, ghandi zewg appelli.

L-ewwel, li l-unjins jibbazaw l-attivizmu taghhom fl-interess tal-klassi tal-haddiema, u mhux fuq partiggjanizmu tribali

It-tieni, li l-unjins ikattru iktar alleanzi fuq livelli nazzjonali, Ewropej u globali, mhux biss ma’ unjins ohra, izda wkoll ma’ movementi ohrajn, fil-glieda ghal Ewropa u dinja iktar socjali, ekologika u sostenibbli.

Grazzi.

No comments: