Sociologist, local councillor, activist from Malta

Wednesday, October 06, 2010

Proposti progressivi għal baġit sostenibbli

minn Michael Briguglio, Cerpersin tal-Alternattiva Demokratika

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=66670
l-orizzont 6 ta’ Ottubru 2010


Lejn l-aħħar ta’ dan ix-xahar mistenni li jiġi mħabbar il-Baġit għall-2011. F’dan ir-rigward, l-Alter¬nattiva Demokratika se tip¬preżenta proposti li jkopru oqsma varji bħall-politika ekonomika u fiskali; politika soċjali u saħħa; politika amb¬jentali; enerġija; trasport; ħarsien tal-annimali; edu¬kazz¬joni; kultura; żgħażagħ; sport u politika barranija.

F’dan l-artiklu xtaqt inwas¬sal uħud mill-proposti tal-AD dwar il-politika ekonomika u fiskali, u dwar politika soċjali li għandha x’taqsam max-xogħol.

Bħala partit li jemmen f’politika ta’ żvilupp sostenib¬b¬li, liema politika tagħti importanza meħtieġa lill-oqsma soċjali, ambjentali u eknomiċi, AD qiegħda tippro¬poni numru ta’ riformi fil-politika fiskali.

Fost dawn, nemmnu li għandu jkun hemm ċaqlieq minn taxxi fuq ix-xogħol għal taxxi fuq prattiċi li jagħmlu ħsara lill-ambjent bħall-ġene¬razzjoni ta’ ammonti kbar ta’ skart, tniġġiż u użu tar-riżorsi b’mod insostenibbli.

Biex isir dan iċ-ċaqliq ta’ taxxi, għandu jkun hemm analiżi serja tal-impatti soċjali, ekonomiċi u ambjentali kif ukoll konsultazzjoni pubblika wara li kull infomazzjoni li teżisti tkun aċċessibbli għall-pubbliku. B’mod partikolari għandha tingħata attenzjoni li ma jkunx hemm rigressività soċjali.

Nemmnu wkoll li għandu jkun hemm miżuri fiskali fuq spekulazzjoni tal-proprjetà, mit-tielet proprjetà vojta ’l quddiem. Mekkaniżmi fiskali għandhom jinkoraġġixxu l-kiri u l-bejgħ ta’ proprjetà li tin¬żamm vojta għall-ispeku¬lazzjoni. Dan fid-dawl tal-fatt li kwart tal-bini f’Malta huwa vojt minkejja ċ-ċokon tal-pajjiż.

Biex tonqos l-ispekulazzjoni finanzjarja, liema spekulazz¬joni kienet kaġun ewlieni fil-kriżi ekonomika globali, qegħ¬din nipproponu taxxa fuq transazzjonijiet fiskali u fuq profitti straordinarju tal-banek u istituzzjonijiet finanzjari. Dan għandu jrażżan il-mod xejn kawt kif jimxu wħud fl-investiment finanzjarju.

Biex ikun hemm iktar flus fl-idejn u iktar ġustizzja soċjali f’dak li għandu x’jaqsam mat-taxxi fuq id-dħul, qegħdin nipproponu li jkun hemm pjan biex titneħħa t-taxxa fuq id-dħul għal kull min jaqla’ inqas minn ammont stabbilit wara studji xjentifiċi [N.B. jigifieri li jizdied il-limitu ta’ dhul sabiex wiehed ikun ezenti mit-taxxa, M.B.], kif ukoll tnaqqis ta’ taxxa tad-dħul fuq min għandu dħul baxx jew medju. Qegħdin nipproponu wkoll żieda fil-paga minima, anke fuq bażi ta’ xogħol bis-siegħa, inkluż għall-ħaddiema partajm u kuntrattwali, fuq bażi pro-rata.

Bħalma kelli l-opportu¬¬nità nikteb f’artikli oħrajn f’l-orizzont, AD temmen li għandha tingħata prijorità għall-ħolqien ta’ ‘green jobs’, bħall-produzzjoni u distri¬buzzjoni ta’ enerġija alter¬nattiva, immaniġġjar tal-iskart, informatika u trasport pub¬b¬liku fost oħrajn. Dan jinvolvi xogħol f’livelli varji, bħal dak professjonali, amministrattiv, tekniku u agrikolu.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-politika soċjali, Alter¬nattiva Demokratika qiegħda tipproponi titjib fil-leġis¬lazzjoni u fil-politika li jinkoraġġixxu bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħin ħieles, pereżempju permezz ta’ ‘childcare centres’ iktar affordabbli u aċċessibbli, sigħat ta’ xogħol flessibbli u/jew ‘reduced working hours’, skont l-għażla tal-ħaddiem, u ugwaljanza fid-drittijiet bejn ħaddiema li jaħdmu fis-settur pubbliku u fis-settur privat. Sfortuna¬tament, għad hemm wisq differenzi fid-drittijiet attwali ta’ ħaddiema f’postijiet tax-xogħol differenti, lil hinn mil-liġijiet fuq il-karta.

F’dan ir-rigward, insostnu li ħaddiema f’xogħol prekarju, inkluż ħaddiema barranin, għandhom ikollhom l-istess drittijiet bħall-ħaddiema ful¬tajm, fuq bażi pro-rata, inkluż fil-pagi.

Bħalma qiegħed jiġi propost fil-Parlament Ewropew, anke permezz tal-Partit tal-Ħodor Ewropej, qegħdin nipproponu li l-‘leave’ tal-maternità bi ħlas sħiħ, li bħalissa hu l-iktar baxx fl-UE, għandu jiżdied għal 20 ġimgħa, b’żieda ta’ ‘leave’ tal-paternità (imħallas b’mod sħiħ, ukoll) għal tal-inqas ġimagħtejn.

Dan ikun ta’ għajnuna għall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja.

F’dak li għandu x’jaqsam mar-riforma fil-pensjonijiet, nemmnu f’politika respon¬sabbli li tiżgura sostenibbiltà finanzjarja u ġustizzja soċjali. Jekk dan ma jseħħx hemm riskju kbir li iktar pensjonanti jkunu fil-faqar fis-snin li ġejjin, minħabba li l-valur reali tal-pensjoni jibqa’ jonqos min¬ħabba l-għoli tal-ħajja u minħabba li n-nies qegħdin jgħixu iktar, u allura hemm bżonn ta’ iktar finanzi biex isostnu s-sistema tal-pensjo¬nijiet.

Għalhekk, għandha tiġi introdotta s-‘second pillar’, fejn il-Gvern ikun responsabbli għal ammont żejjed li jġem¬mgħu n-nies għall-pensjoni. Dan hu preferibbli minn ħlas ikbar fil-kontribuzzjoni tal-bolla, peress li Gvernijiet differenti wżaw flus miġburin minn din tal-aħħar għal skopijiet varji, filwaqt li flus li jinġabru bis-‘second pillar’ jintużaw biss għal skop ta’ penzjonijiet.

Fl-istess ħin, għandu jkun hemm tnaqqis fl-40 sena mandatorji biex wieħed ikun eliġibb¬li għal penzjoni sħiħa. Dan għax din is-sistema hi riġida u mhix flessibbli, u b’hekk toħloq iktar inugwal¬janzi għal dawk b’xogħol bħal dawk li jieħdu ħsieb lil ħaddieħor, u ħaddiema partajm.

Nisa, b’mod partikolari, isibuha diffiċli li jibbilanċjaw il-kontribuzzjonijiet meħtieġa ma’ affarijiet bħall-ħtiġijiet tal-familja, trobbija tat-tfal u xogħol b’nuqqas ta’ sigurtà.

L-aħħar u mhux l-inqas, Alternattiva Demokratika qiegħ¬da tisħaq li l-FORUM għandu jkollu post bi dritt fl-MCESD flimkien ma’ unjins oħrajn, u qegħdin nipproponu wkoll li l-awtoritajiet li jirre¬golaw għandhom ikoll¬hom pożizzjoni iktar favur il-konsumatur kif ukoll jiżguraw li tispiċċa d-diskriminazzjoni kontra l-barranin li jgħixu Malta. Kif għedt fil-bidu tal-artiklu, għandna bosta proposti oħrajn dwar setturi oħrajn.

Fil-ġranet li ġejjin AD se tkun qiegħda twassalhom permezz tal-istampa u dawn se jkunu ppubblikati wkoll fis-sit www.alternattiva.org.mt

No comments: