Sociologist, local councillor, activist from Malta

Saturday, October 23, 2010

IVA ghad-divorzju!

Michael Briguglio – Chairperson Alternattiva Demokratika

Diskors, seminar organizzat mill-Fondazzjoni Ceratonia u Green European Foundation


Id-divorzju huwa dritt baziku u ghandu jkun parti mill-ligi ta’ Malta. Anke jekk tkun minoranza li ghandha bzonnu.

Minkejja n-nuqqas ta’ divorzju, is-separazzjonijiet f’pajjiżna qegħdin jiżdiedu minħabba raġunijiet varji.

Dawn jinkludu stress u sitwazzjonijiet varji fil-hajja ta’ kuljum. Iżda hemm rargunijiet ohra wkoll, anke minħabba li l-individwu qed jagħti iktar valur lill-kuntentizza fir-relazzjoni li jkun/tkun fiha.

Ħafna nies separati jixtiequ jingħataw iċ-ċans li jerġgħu jiżżewġu. Permezz ta’ din il-perspettiva, id-divorzju jista’ jitqies bħala dritt favur il-familja, minħabba li jippermetti lill-koppji li jirregolarizzaw ir-relazzjonijiet tagħhom.

F’pajjiż fejn tirrenja d-demokrazija ta’ kuljum, l-istat għandu r-responsabilità li jipprovdi l-qafas legali li jirrispetta l-għażliet tal-individwi. Ta’ min jinnota li apparti Malta huma biss il-Filippini u l-Vatikan li ma jippermettux id-divorzju.

L-introduzzjoni tad-divorzju tista’ ssir flimkien ma’ miżuri oħrajn bil-għan li jsaħħu lill-familji. Izda dan jirrikjedi kuraġġ politiku. L-istat għandu jinjora din ir-realtà, u jeskludi lil eluf ta’ ċittadini minn drittijiet ċivili bażiċi?

Alternattiva Demokratika tapprezza r-rwol tal-Knisja Kattolika bħala vuċi leġittima fis-soċjetà Maltija. Il-Knisja għandha kull dritt li tgħid li hi kontra d-divorzju u li tistenna lill-fidili tagħha jsegwu t-tagħlim tagħha.

Iżda wieħed għandu japprezza wkoll li f’soċjetajiet moderni u sekulari, fejn id-drittijiet ċivili għandhom rwol importanti, l-identità Kattolika hija waħda fost oħrajn. Ħadd mhu obbligat li jiddivorzja, iżda l-possibilità ta’ dan id-dritt għandu jeżisti.

Alternattiva Demokratika hija l-uniku partit li b’mod ċar qed tgħid li hija favur l-introduzzjoni tad-divorzju f’Malta. Mhux biss minħabba d-diskriminazzjoni li tippermetti d-divorzju minn pajjiżi oħrajn, iżda ikar u iktar minħabba li d-divorzju huwa dritt bażiku għal dawk li jixtiequ jiffurmaw familja ġdida permezz taż-żwieġ.

Minn partit b’valuri konservattivi bħall-Partit Nazzjonalista ma nistenniex aħjar milli qed jaghmel bhalissa, speċjalment meta l-Partit kemm-il darba jinqeda b’politika konfessjonali bħala arma strateġika. Min-naħa l-oħra ma nistkantax jekk il-PN ibiddel il-pożizzjoni tie¬għu, jekk jinduna li din tista’ trebbħu l-elezzjoni ġenerali.

Fl-istess ħin, nistqarr li jien diżappuntat bil-mod kif qie¬għed jaġixxi l-Partit Laburista dwar din il-kwistjoni. Joseph Muscat missu ilu li għamel mozzjoni fil-Parlament u mhux jistenna lil Jeffrey Pullicino Orlando jantiċipah. Minn mexxej ta’ partit b’ideal soċjal-demokratiku kont nistenna li jkollu pożizzjoni ċara favur id-dħul tad-divorzju, u mhux li jipprova jinghogob ma’ kullhadd.

Ta’ min infakkar li ftit ġranet qabel ma għamel il-mozz¬joni parlamentari Pullicino Orlando, l-Alternattiva Demokratika kitbet lill-membri kollha tal-parlament (in¬kluż il-Kumitat Soċjali) u appellat biex iqajmu l-kwistjoni fil-Parlament.
Bgħatnielhom ukoll il-liġijiet tal-Irlanda u tal-Italja. Bażikament kien Pullicino Orlando biss li laqa’ t-talba tagħna.

Sadanittant, il-Partit tal-Ħodor Ewropej, permezz ta’ vot unanimu mis-36 partit imsieħbin miegħu, ikkundanna n-nuqqas tad-dritt tad-divorzju f’Malta.
Ghalhekk, Alternattiva Demokratika qieghda tappella lil dawk kollha favur l-introduzzjoni tad-divorzju f’Malta sabiex ikunu attivi favur l-introduzzjoni ta’ dan id-dritt baziku.

Kif spjegajt qabel, sfortunatament, kemm il-Partit Laburista kif ukoll il-Partit Nazzjonalista s’issa m’ghandhomx il-kuragg li jiehdu pozizzjoni dwar id-divorzju.
Iz-zewg partiti qed jippruvaw jinghogbu ma’ kulhadd u b’mod konvenjenti qed jistriehu fuq referendum dwar il-kwistjoni.

Galadarba kemm il-PN u l-PL qed juru nuqqas ta’ responsabilita’, u galadarba l-Prim Ministru jidher li ddecieda favur referendum, irridu nahdmu f’dan il-kuntest.
Ghalhekk, AD ser tkun attiva favur vot IVA ghall-introduzzjoni tad-divorzju.

Din il-kampanja ghandha titmexxa minn dawk li huma verament favur l-introduzzjoni ta’ dan id-dritt baziku.

Qed nistiednu lil dawk kollha li jridu jkunu parti mill-kampanja IVA biex jinghaqdu ghal din il-kwistjoni.

Ma naqghux ghan-nassa li nkunu favur bojkott ta’ referendum, ghax dan ipaxxi lil min ma jridx idahhal id-divorzju f’Malta.

Bhal ma jghidu l-Inglizi, let us stand up and be counted!

Fl-ghaqda hemm is-sahha!

No comments: