Dad, political sociologist, local councillor, drummer from Malta

Wednesday, October 20, 2010

Divorzju – dritt bażiku għaċ-ċittadin

minn Michael Briguglio, Cerpersin tal-Alternattiva Demokratika

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=67064
l-orizzont 20 ta’ Ottubru 2010


Niskanta meta nara bosta politiċi miż-żewġ partiti l-kbar jitkellmu favur referendum dwar id-divorzju. Bħal li kie¬ku maġġoranza għandha d-dritt li timponi jekk mino¬ranza għandhiex ikollha dritt bażiku jew le!

Referendum jagħmel sens meta se jkun hemm xi tibdil li jolqot soċjetà sħi¬ħa, ngħidu aħna meta Malta vvotat dwar l-‘integration’ mar-Renju Unit u dwar is-sħubija fl-Unjoni Ewropea.

Iżda fejn jidħol dritt ċivili bażiku bħad-divorzju, dan jolqot lill-individwi kkonċer¬nati u ħadd ieħor mhu obbligat li jiddivorzja. F’każ ta’ twemmin reliġjuż li hu kontra d-divorzju, il-fidili jis¬tgħu jimxu skont il-kuxjenza tagħhom u għandhom kull dritt li jagħmlu dan. Iżda dan ma jfissirx li għandhom jimponu lil ħaddieħor jekk għandux ikollu d-dritt li jiddivorzja jew le.

Meta nara liż-żewġ partiti kbar donnhom jinġibdu lejn l-idea ta’ referendum għad-divorzju, nikkunsidrahom qegħdin jagħmlu bħal Pilatu u jaħslu jdejhom mill-kwis¬tjoni bil-għan li jingħoġbu ma’ kulħadd.

Nibqa’ niskanta meta nżomm f’moħħi li apparti l-Filippini u l-Vatikan, Malta biss qiegħda teskludi dan id-dritt ċivili bażiku.

Minn partit b’valuri konservattivi bħall-Partit Nazzjonalista ma nistenniex aħjar, speċjalment meta l-Partit kemm-il darba jinqeda b’politika konfessjonali bħala arma strateġika. Min-naħa l-oħra ma nistkantax jekk il-PN ibiddel il-pożizzjoni tie¬għu, jekk jinduna li din tista’ trebbħu l-elezzjoni ġenerali.

Fl-istess ħin, nistqarr li jien diżappuntat bil-mod kif qie¬għed jaġixxi l-Partit Laburista dwar din il-kwistjoni. Joseph Muscat missu ilu li għamel mozzjoni fil-Parlament u mhux jistenna lil Jeffrey Pullicino Orlando jantiċipah. U l-mod kif tkellem Muscat f’Bondiplus ftit tal-ġranet ilu, meta qal li fil-Parlament se jaġixxi skont kif jaġixxu n-Nazzjonalisti, ma tantx taspira fiduċja. Minn mexxej ta’ partit b’idea soċjal-demokratika kont nistenna li jkollu pożizzjoni ċara favur id-dħul tad-divorzju.

Ta’ min infakkar li ftit ġranet qabel ma għamel il-mozz¬joni parlamentari Pullicino Orlando, l-Alternattiva Demokratika kitbet lill-membri kollha tal-parlament (in¬kluż il-Kumitat Soċjali) u appellat biex iqajmu l-kwistjoni fil-Parlament.

Bgħatnielhom ukoll il-liġijiet tal-Irlanda u tal-Italja. Bażikament kien Pullicino Orlando biss li laqa’ t-talba tagħna.

Sadanittant, il-Partit tal-Ħodor Ewropej, permezz ta’ vot unanimu mis-36 partit imsieħbin miegħu, ikkundanna n-nuqqas tad-dritt tad-divorzju f’Malta.

Dan waqt konferenza tal-Partiti tal-Ħodor li saret f’Tallinn, fl-Estonja ftit tal-ġranet ilu. Fil-fatt, id-delegati tal-Partit tal-Ħodor Ewro¬pej esprimew appoġġ sħiħ lill-Alternattiva Demokratika fil-ħidma tagħna kontra d-diskriminazzjoni fuq residenti Mal¬tin u tal-UE f’Malta li ma jistgħux jerġgħu jiżżewġu wa¬ra li jkun fallielhom iż-żwieġ, minħabba li hu impossibbli li wieħed jiddivorzja f’Mal¬ta.

Il-Partiti tal-Ħodor es¬pri¬mew li jsibuha inaċċettabbli li l-Istat Malti qiegħed jiddiskrimina kontra koppji Maltin li ma jistgħux jiksbu d-divor¬zju barra minn Malta (liema divorzju hu rikonixxuti mill-Istat Malti), aktar u aktar meta dan hu dritt ċivili għal dawk li jixtiequ jerġgħu jiżżewġu. Ta’ min ifakkar li xi partiti tal-Ħodor qegħdin fil-Gvern ris¬pettiv ta’ pajjiżhom jew tar-reġjun tagħhom, u oħrajn huma partiti kbar fl-oppo¬żizz¬joni. Barra minn hekk, il-grupp tal-Ħodor hu ferm influwenti fil-Parlament Ewro¬pew.

Hi ħaġa ċara li Malta ma tis¬tax tibqa’ tiddiskrimina dwar id-divorzju. AD se tibqa’ tagħmel pressjoni biex jiġi introdott dan id-dritt ba¬żiku f’pajjiżna.

Il-pożizzjoni tagħna hi ċara u niddikjaraw li jekk inkuni eletti fil-Parlament se nivvotaw favur l-introduzzjoni tad-divorzju f’paj¬jiżna fuq mudell simili għal dak ta’ pajjizi bħall-Irlanda u l-Italja.

Sadanittant, nhar is-Sibt 23 ta’ Ottubru, il-fondazzjoni Ceratonia u l-Green European Foundation se jor¬ganizzaw konferenza internazzjonali dwar id-divorzju f’Malta.

F’din il-konferenza se jkun hemm kelliema internazzjonali u kell¬iema mit-tliet partiti. Dħul hu b’xejn iżda biex wieħed jirreġis¬- tra għandu jibgħat imejl lill-Fondazzjoni Ceratonia fuq ceratoniafoundation@gmail.com.

No comments: