Sociologist, local councillor, activist from Malta

Wednesday, August 11, 2010

Politika industrijali sostenibbli

minn Michael Briguglio, Cerpersin tal-Alternattiva Demokratika

L-Orizzont, 11 ta’ Awwissu 2010
http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=65216


Pubblikazzjoni ri¬ċ¬-en¬ti tal-Green European Foundation (GEF) – fondazzjoni tal-Partiti tal-Ħodor Ewropej, tinvestiga kif ir-revoluzzjoni industrijali ħadra tista’ twassal għal politika industrijali soste¬nib¬bli.

Din il-pubblikazzjoni, ġiet imnedija prop¬rju meta l-Unjoni Ewropea (UE) qiegħ¬da tiddiskuti l-istra¬te¬ġija EU2020 li se tiggwida lill-UE fl-għaxar snin li ġej¬jin. Il-memorandum tal-GEF jitkellem favur politika industrijali sostenibbli – jiġif¬ieri politika li żżewweġ aspetti ambjentali, soċjali u ekonomiċi, u li tħares lejn il-ħtiġijiet tal-ġenerazzjonijiet tal-futur.

Meta juża l-frażi “revo¬luzzjoni industrijali ħad¬ra”, il-memorandum juża l-mu¬dell tax-xjentisti soċjali Jan¬icke u Jacob. Huma jargumentaw li r-revoluzzjoni in¬dus¬trijali ħadra hi waħda kkaratterizzata minn tekno¬logija bħal dik tal-informatika, ‘micro-electronics’ u tek¬¬nologija nadifa. Tuża l-enerġija b’mod effiċjenti u tagħti prijorità lill-enerġija rinnovabbli.

Fl-użu tar-riżorsi tagħti pri¬jorità lir-riżorsi rinovabbli, lill-bio-teknolġija u lir-riċiklaġġ. Tenfasizza trasport pubbliku u komunikazzjoni bħal dik tal-Internet. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ am¬ministrazzjoni, ikun hemm “stat ambjentali”, parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili u governanza globalizzata – fejn l-UE jista’ jkollha rwol ewlieni.
Il-GEF qiegħda titkellem favur “revoluzzjoni industrijali ħad¬¬ra” għax temmen li mu¬delli industrijali li jinjoraw l-aspetti ambjentali qed iwasslu għall-diżastri ekoloġiċi u soċjali bħat-tibdil fil-klima kif ukoll għall-faqar.

Il-memorandum tal-GEF tem¬fasizza li politika industrijali sostenibbli għandha tilqa’ għall-implikazzjonijiet soċjali u finanzjarji tat-tibdil neċessarju fl-industrija. Dawn jistgħu jinkludu telfien ta’ im¬piegi u żieda ta’ spejjeż fost oħrajn. Iżda l-problemi jistgħu jissarfu wkoll f’op¬por¬tunitajiet, eżempju permezz ta’ użu effiċjenti tar-riżorsi, ngħidu aħna fl-im¬maniġjar tal-iskart, fil-prioratizzazzjoni ta’ trasport pubbliku u nadif u fl-użu ta’ enerġija rinnovabbli u nadifa bħal dawk li ġejjin mix-xemx u r-riħ. Dan jista’ joħloq ħafna xogħol – l-hekk imsejħa “green jobs”.

Hemm oqsma fejn opera¬turi fl-industrija diġà għandhom l-istess għanijiet bħal dawk proposti fil-politika industrijali sostenibbli tal-GEF. Ngħidu aħna, it-tnejn jixtie¬qu li jkun hemm aktar effi¬ċjenza fl-użu tar-riżorsi, u t-tnejn jixtiequ jnaqqsu l-is¬¬pejjeż relatati mal-użu ta’ l-enerġija. Iżda hemm ukoll oqsma fejn jista’ jkun hemm kunflitt. Eżempju, politika industrijali sostenibbli tikkunsidra wkoll aspetti ambjentali u soċjali fl-użu tal-enerġija u għalhekk tħares lejn forom ta’ enerġija rinnovabbli u nadifa aktar mill-użu ta’ enerġija maħmuġa u perikoluża bħaż-żejt.

Minbarra hekk filwaqt li kum¬panija individwali tista’ tiġi taqa’ u tqum mill-biodiversità u mill-immaniġjar ta’ l-iskart, politika industrijali sos¬¬tenibbli tara kif dawn l-oqsma għandhom jingħataw l-importanza neċessarja, u sa¬ħansitra kif dawn jistgħu jo¬ħ¬oqlu l-impjiegi.

F’dan ir-rigward, l-aspett re¬golatorju tal-istat jibqa’ importanti ħafna. L-istat għandu jiżgura li politika industrijali sostenibbli tkun waħda olistika, u mhux sempliċiment magħ¬mula minn deċiżjonijiet ta’ dak il-ħin jew li jħarsu biss lejn interessi elettorali.

Jeħtieġ ukoll li jkun hemm aktar koperazzjoni bejn gver¬nijiet fuq livell globali, li ċ-ċittadini u l-konsumaturi jkunu dejjem informati sew bil-be¬nefiċċji tal-innovazzjoni, u li jkun hemm aktar demokrazija biex vuċijiet differenti mis-soċjetà ċivili, bħall-partiti, un¬jins, għaqdiet mhux governat¬tivi, kunsilli lokali u oħrajn, jistgħu jipparteċipaw b’mod xieraq fit-teħid tad-de¬ċi¬ż¬jonijiet.

L-UE għandu jkollha rwol ewlieni fl-iżvilupp ta’ politika industrijali sostenibbli – speċjalment meta din għandha l-akbar suq integ¬rat, liema suq huwa l-għira ta’ bosta pajjiżi u kumpaniji mad¬war id-dinja minħabba l-opportunitajiet li joffri. Dan il-fatt jista’ jintuża mill-UE bħala arma strateġika fuq livell globali biex ikun hemm prattiċi sostenibbli, ġustizzja soċjali u protezzjoni ambjen¬tali. Biex dan iseħħ, jeħtieġ li l-istrateġija EU2020 tkun aktar am¬bizzjuża u jkollha livelli u għanijiet ċari, eżem¬pju biex jiġi żgurat li t-tempertura globali tkun ikkontrollata permezz ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet CO2. Għalhekk, tajjeb li fi ħdan l-UE jkun hemm miżuri bħall-politika fiskali koerenti kon¬tra l-emissjonijiet CO2.

Għalhekk, il-me¬mo¬ran¬dum tal-GEF qiegħed jipproponi li fi ħdan l-UE jiġi mwaqqaf grupp għall-Politika Industrijali Sostenibbli li tkun responsabbli għall-oġġettiv am¬¬bjen¬tali li jiggwidaw ir-revoluzzjoni indus¬trijali ħadra fis-snin li ġejjin. Huwa ovvju li politika realistika għaż-żmien tal-lum għandha jkollha dimensjoni industrijali.

Iżda politika industrijali li tinjora s-sostenibbiltà, fl-aħħar mill-aħ¬ħar twassal għall-aktar pro¬blemi ambjentali, soċjali u ekonomiċi.

No comments: