Dad, political sociologist, local councillor, drummer from Malta

Wednesday, August 25, 2010

Kontijiet imħawdin u servizz medjokri

minn Michael Briguglio, Cerpersin tal-Alternattiva Demokratika

l-orizzont 25 ta’ Awissu 2010
http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=65586


Hemm ħafna xi tgħid fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Jien stess kemm-il darba semmejt din il-kwistjoni f’artikli oħrajn f’l-orizzont, fejn kont kritiku għall-fatt li l-Gvern mhux qed jagħmel biżżejjed biex jiżgura ġustizz¬ja soċjali u sostenibbiltà ekoloġika f’din il-kwistjoni.

Jidher li din il-kwistjoni se tibqa’ waħda kontroversjali, anke jekk, għas-saħħa tal-argument, wieħed jaqbel mal-mod kif il-Gvern Nazzjonalista impona dawn il-kontijiet. Iżda diffiċli ħafna li wieħed jaqbel mal-metodu f’kif qed jinħarġu dawn il-kontijiet, speċjalment meta jidher li qed ikun hemm ħafna żbalji u burokrazija żejda.

Il-klijenti tal-Enemalta u l-Korporazzjoni tal-Ilma qed iħallsu mhux biss għall-in¬effiċjenzi ta’ dawn iż-żewġ kumpaniji, iżda wkoll għall-ineffiċjenzi ta’ ARMS Ltd, kumpanija privata li ngħatat kuntratt biex tamministra l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Fil-fatt, jekk wieħed jara x’qed jgħidu bosta fuq il-gazzetti u l-mezzi tax-xandir, jidher li hi xi ħaġa normali li jkun hemm żbalji fil-kont jew li jkun hemm kjuwijiet li ma jispiċċaw qatt. Bir-retorika kollha favur il-privatizzazzjoni, ARMS hi kkaratterizzata minn ineffiċjenzi kbar u nuqqas ta’ amministrazzjoni. Saħansitra, sorsi informati qalu li ARMS għandha problema bis-software li qed tuża fil-kompjuters tagħha.

Sadanittant, il-klijenti tal- Enemalta u l-Korporazzjoni tal-Ilma huma mġegħlin jħallsu interessi ta’ 6% fuq kontijiet li ma jitħallsux fil-ħin, minkejja li jeżisti dan it-taħwid kollu li semmejt hawn fuq. Żgur mhix ħaġa ġusta li l-klijenti qed ikollhom iħallsu dawn l-interessi fuq kontijiet li kemm-il darba huma kkaratterizzati minn taħwid bħal żbalji amministrattivi u qari ħażin. Il-klijenti qed jintużaw qishom xi bankiera ta’ ARMS biex din il-kumpanija tagħmel dħul minfuqhom permezz tal-interessi.

Għalhekk, f’dawn l-aħħar ġranet, Alternattiva Demokratika qalet li sakemm ma jkunx hemm ‘smart metres’ li jaħdmu tajjeb għall-konsumaturi kollha tad-dawl u l-ilma, l-ARMS għandha tieqaf milli timponi interessi fuq il-klijenti tagħ¬ha. Nittamaw li l-proposta tagħna ma taqax fuq widnejn torox.

Din il-kwistjoni tal-ARMS tirrifletti l-mod abbużiv kif qed jaħdmu l-Enemalta u l-Korporazzjoni tal-Ilma, li jgawdu minn monopolji fl-oqsma tagħhom rispettivi. Iżda hi wkoll riflessjoni tal-mod medjokri kif jaħdem dan il-pajjiż f’oqsma varji li huma taħt ir-responsabbiltà ta’ awtoritajiet pubbliċi.

Biżżejjed wieħed isemmi l-fatt li dħaħen tal-karozzi, lie¬ma dħaħen jikkawżaw mard respiratorju u l-kanċer, jib¬q¬għu jiġu ttollerati mill-awtoritajiet. U mhux qed nirreferi biss għall-karozzi tal-linja.

Nistgħu nsemmu wkoll il-mod dilettantesk kif isir ħafna xogħol fuq toroq, jew il-fatt li hemm kjuwijiet fis-sistema tas-saħħa pubblika li ma jispiċċaw qatt. U fost oħrajn, nistgħu nsemmu wkoll it-taparsi miżura li saret biex jorħsu l-mediċini, liema miżura ma ġabet l-ebda titjib sostanzjali fil-prezzijiet.

F’bosta pajjiżi oħrajn din it-tip ta’ medjokrità ma teżistix għal bosta raġunijiet li jinkludi fost oħrajn dawk ekonomiċi, kulturali u politiċi. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ tal-aħħar, tajjeb wieħed iż¬omm f’moħħu li f’pajjiżi oħ¬rajn fl-Ewropa, jeżistu gvernijiet ta’ koalizzjoni li ma tantx jippermettu li xi partit jaħdem biex “jaqdi” lin-nies tiegħu mill-koxxa, li jieħu deċiżjonijiet irrazzjonali, jew li jaħdem qisu xejn m’hu xejn. F’dan il-kuntest – partiti tal-Ħodor – bħall-Alternattiva Demokratika jpoġġu fuq quddiem kwistjonijiet bħad-drittijiet tal-konsumatur u l-kwalità tal-ħajja. Il-fatt li aħna m’għandna l-ebda rbit ma’ xi interessi kbar tan-negozju jew ma’ xi ‘lobby groups’ stabbiliti li jheddu bil-vot tagħ¬hom tagħmilha ferm aktar faċli li nieħdu deċiż¬jonijiet awtonomi minn interessi ulterjuri.

Għall-kuntrarju ta’ ħaddieħor, AD ma temminx li l-Gvern għandu jfarfar mir-responsabblitajiet tiegħu bl-iskuża li s-suq isuq. Għall-kuntrarju, nem¬mnu li ekonomija li verament hija sostenibbli għandha tkun ikkaratterizzata minn regolamentazzjoni xierqa u minn governanza responsabbli. F’dan il-kuntest, min jagħ¬mel użu minn servizz għandu jkollu vuċi indaqs għal min jipproduċi s-servizz.

No comments: