Dad, political sociologist, local councillor, drummer from Malta

Monday, July 12, 2010

Duopolju stagnat

Michael Briguglio


Dan l-artiklu jidher fil-harga Lulju-Settembru 2010 ta' Zminijietna



Il-parlament sar simbolu ta’ duopolju stagnat.

Bid-differenzi kollha taghhom, il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista huma simili hafna ghal xulxin, u kemm il-darba jaqblu fuq numru ta’ proposti, bhal, nghidu ahna, meta l-parlamentari qablu li jghollu l-penzjonijiet taghhom stess. Jew meta l-PN u l-PL qablu li jeskludu lilhom infushom mill-ligijiet dwar id-data protection, biex b’hekk jistghu igibu informazzjoni personali ta’ cittadini Maltin.
Wiehed jista’ jsemmi ukoll is-sistema elettorali Maltija, li hi ddisnjata b’mod li zzomm id-dominanza taz-zewg partiti l-kbar. U xi nghidu ghas-sistema Maltija dwar l-iffinanzjar tal-partiti, li m’hi xejn ghajr forma ta’ hasil ta’ flus li minna jibbenefikaw interessi kbar tan-negozju u politici.

X’qed joffru l-PN u l-PL ?

Il-Gvern Nazzjonalista jidher li mhux popolari, izda b’xi mod jew iehor kemm il-darba jirnexxilu jipprezenta lilu nnifsu bhala forza maqghuda, kemm fost il-parlamentari kif ukoll fost il-votanti tieghu. Filfatt, kemm il-darba, Nazzjonalisti dizilluzi ma jivvutawx f’elezzjonijiet Ewropej jew lokali sabiex jaghtu messagg lill-partit taghhom fil-hin qabel l-elezzjoni generali. Jew inkella jivvutaw ghal kandidat ‘ribell’ fi hdan l-istess partit.

Id-direzzjoni politika addottata mill-PN tghaqqad valuri tradizzjonali ma prattici konsumeristici, appogg lin-negozjanti l-kbar u fl-istess hin izzom forom ta’ harsien socjali. Ma naqbilx ma’ din id-direzzjoni, izda nirrikonoxxi li b’dan il-mod, il-PN s’issa irnexxielu jibni struttura ta’ poter egemonika ibbazata fuq l-artikolazzjoni ta’ l-identitajit kattolici u konsumeristici. B’hekk il-PN rebah appogg minn votanti ta’ klassijiet u gruppi socjali differenti.

Ovjament, din iggid maghha kontradizzjonijiet li ta’ spiss jikkaraterrizzaw lill-partiti Demo-kristjani. Bhal pendulu, l-politika Nazzjonalista ixxeqleb minn wahda favur suq socjali ghal wahda neo-liberali.

Fl-ahhar snin, il-liberalizazzjoni, privatizazzjoni u zvilupp bla razan ta’ l-art hallew impatti socjali u ekologici f’pajjizna.

Il-Partit Nazzjonalista jista’ jerga’ jirbah l-elezzjoni li jmiss jekk tirkupra l-ekonomija. Izda jekk ikun fil-Gvern wahdu wara l-elezzjoni generali li jmiss, nistghu nanticipaw iktar arroganza, sfregju ambjentli, politika konfessjonali u nuqqas ta’ drittijiet civili u socjali.

Il-Partit Laburista m’huwiex ahjar. Bid-difetti kollha tat-tmexxija ta’ Alfred Sant, il-mexxej precedenti tal-PL irnexxilu jaghmel certu tibdi bhal meta naddaf il-partit mill-elementi vjolenti kif ukoll meta ipprogetta l-idea tac-cittadin meritokratiku. Izda taht Sant il-PL ghamel froga fil-kampanja dwar shubija fl-Unjoni Ewropea u fil-immanigjar ta’ kunflitti interni. Il-progett ta’ Sant kien diga’ riesaq lejn it-tmiem tieghu fl-1998 meta hargu fil-berah il-problemi ta’ politika li tipprova tinghogob ma’ kulhadd.

Taht Joseph Muscat, jidher li l-PL rega’ mar lura ghall-istrategiji tal-1996 – jigifieri li jipprova jinghogob ma’ kulhadd. Izda kif qal tajjeb Peter Mayo f’diskussjoni ricenti dwar Gramsci, il-PL jista’ jkun li qed jaddotta t-triq ta’ ‘alleanzi mhux f’posthom’.

Nemmen li l-istrategiji Laburisti ser iwasslu ghall-problemi kbar jekk il-PL jirbah l-elezzjoni generali li jmiss u jkun fil-Gvern wahdu.

X’ser jaghmel il-PL dwar il-weghdiet kemm lill-kaccaturi, nassaba kif ukoll lill-ambjentalisti? Kif ser jipprocedi l-PL bil-popolizmu ambjentali li qed jipprogetta, meta l-istess partit ser ikollu quddiemu zviluppaturi kbar li qatt ma jikkritika?

Kif ser jintroduci d-divorzju l-PL meta jaf li ‘free vote’ ser iwassal ghall-rizultat negattiv? Kif ser jintroduci d-drittijiet tal-LGBT (omosesswali, bi-sesswali u trans-sesswali) meta jilqa’ fi hdanu ultra-konservattivi li jaghmlu mistoqsijiet parlamentari tal-misthija?

Kif ser jiffinanzja s-servizzi pubbli meta qed jitkellem favur tnaqqis tat-taxxi? Kif ser jirrikoncilja l-gustizzja socjali mar-retorika li jissospendi l-Konvenzjoni ta’ Ginevra f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ l-immigrazzjoni ilegali.

Fil-qosor, kif jista’ jirrikoncilja l-identita ‘moderata’ ma’ dik ‘progressiva’?
Partit jista’ jirbah elezzjoni, izda b’daqshekk ma jfissirx li bilfors ser igib bidla socjali progressiva.

Izda fl-ahhar mill-ahhar f’Malta hemm massa kritika ta’ votanti u kostitwenzi politici li verament iridu bidliet socjali progressive? Jew f’Malta l-iktar valur b’sahhtu hu dak fejn wiehed jippurtah l-iktar minn x’jigri mill-bieb tieghu il-gewwa, bhal ma kien iddeskriva sew Jeremy Boissevain?

U l-pubbliku qed jinghata li jrid, jew irid dak li qieghed jinghata, specjalment f’sistema fejn id-duopolju taz-zewg partiti l-kbar qed tikkontrolla hafna mill-isfera pubblika? Nistghu nibqghu naccettaw dan l-istagnar politiku?

No comments: