Dad, political sociologist, local councillor, drummer from Malta

Wednesday, June 30, 2010

Ħsibijiet f’nofs it-Tazza tad-Dinja

minn Michael Briguglio, Cerpersin tal-Alternattiva Demokratika

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=64100
L-Orizzont 30 ta’ Gunju 2010


Bdiet it-Tazza tad-Dinja, u ma jonqosx li f’dan il-perjodu wieħed jirrifletti dwar dak li jkun qed jara jseħħ b’rabta ma’ din il-kompetizzjoni dinjija tal-futbol. Dawn li ġejjin huma xi ħsibijiet personali fuq dan l-avveniment dinji.

1. Il-Pulizija ddeċidew li m’hemmx ‘carcades’ f’Mal¬ta… Bosta residenti ma jridux jiġu mdejqa bil-ħornijiet u briju tas-sap¬porters tal-Italja u l-Ingil¬terra. Min jgħid iva, min jgħid le…

“Ħalluna ħa norqdu!”

“Għalfejn qabdu magħna u mhux ma’ tal-festi, li jagħmlu iktar storbju, sajf wara l-ieħor”.

“Lil dawn il-ħamalli jeħtieġ inwaqqfuhom”.

“Kollox iridu jikkon¬trol¬law l-awtoritajiet, ma jridux iħalluna nieħdu gost”.

Sadanittant, l-Italja u l-Ingilterra nqalgħu mit-Tazza tad-Dinja… Skiet…
2. Lill-Membri tal-Parla¬ment Malti tat-Times staqsewhom ma’ min iżommu. Kważi kollha mal-Ingliżi jew it-Taljani. Xejn ġdid. Iżda hemm xi eċċezzjonijiet. Per eżempju, Alfred Sant mal-Kosta tal-Ivorju, u Owen Bonnici mal-Islo¬ven¬ja… Bħalhom, jien nin¬sab orfni, għax it-tim tiegħi nqala’ wkoll. Id-Danimarka. Almenu Tomasson laħaq ir-rekord ta’ gowls ta’ kull żmien fil-futbol Daniż…

3. Ingilterra kontra l- Ġermanja ma ntweritx fuq TVM… Tgħallimna li l-Melita jistgħu jixtru d-dritt li jittras¬mettu logħba mill-PBS. Bosta ħaduha kontra l-Melita. Mhux aħjar inwaħħ¬lu fil-PBS, li għal darb’oħra qed iġġib ruħha qisha xi kordinat¬riċi ta’ rkant? Il-Melita hija kumpanija privata li trid taqla’ l-għajxien tagħha – x’tistenna min għandha? Iżda l-PBS stazz¬jon tal-istat. X’sar minnu x-xandir pubbliku? Fil-kon¬front ta’ dan il-fatt, hemm min iġib ruħu b’mod produttiv u jara l-logħba fuq l-Internet, jew f‘xi pub. Jien nippreferi t-tieni għażla. Pub: kollu emozz¬jonijiet, min iżomm ma’ tim u min mal-ieħor. Min sem¬pliċiment jieħu gost jara logħba. Interazzjoni bejn nies dif¬ferenti. Kuluri, korijiet, ferħ u dwej¬jaq. Mikrokożmu tas-soċjetà.

4. Il-globalizzazzjoni naraw¬ha wkoll fl-għażla tat-timijiet tal-futbol. Ħu l-Ġermanja: għand¬hom plejers b’għeruq varji, bħal dawk Torok jew Pollakki. Insaqsi: In-nazzjo¬nalità x’inhi, jekk mhux identità simbolika? X’jagħ-mlek Ġermaniż? Il-kulur tal-ġilda jew t’għajnejk? Iċ-ċitta¬din x’inhu, jekk mhux membru ta’ klabb li jista’ jkun nazzjon? Bil-globalizz¬azzjoni, kollox isir iktar fluwidu u divers. It-tim naz¬z¬¬jonali jsir ukoll simbolu ta’ identità globalizzata.

5. Smajt li fil-Korea ta’ Fuq it-televiżjoni tal-istat wera biss il-gowl li għamel it-tim Korean kontra l-Brażil. Veru? Sewwa kien jgħid il-ħassieb Baudrillard… aħna niġu sti¬mulati minn dak li naraw fuq it-televiżjoni, fost oħrajn. M’hemmx distinzjoni bejn il-veru u l-falz. Il-Korea ta’ Fuq qiegħda ssir personifi¬kazzjoni ta’ Disneyland. Kul¬¬ħadd ferħan u kuntent.

6. Il-politika Franċiża tin¬fil¬tra fit-tim nazzjonali. Straj¬ki¬jiet, ħsieb intellettwali u drama. Rivoluzzjoni li tis¬plodi.

7. Fl-era tat-teknoloġika tal-informatika, ħames uf¬fiċjali ma jarawx gowl tal-Ingliżi. Sussegwentament, il-Ġer¬man¬ja jiskorjaw iktar gowls. Dan hu li jagħmel il-futbol sabiħ. L-element uman. Il-kumbi¬nazzjonijiet u kontradizzjoni¬jiet. In-nuqqas ta’ direzzjoni ċara, il-possibbiltà ta’ sorpriżi. Ir-reċtar u l-ansjetà. Futbol kompjute¬rizzat? Le grazzi.

8. Jekk jinqalgħu il-Ghana, niftakru biss dwar il-futbol Afrikan permezz tal-Vuvu¬¬zelas. Il-preżenza kon¬tinwa tagħhom tkun tikkuntrasta mal-assenza ta’ timijiet Afrikani… Nittama li ma jkunx hekk.

9. Min se jirbaħ it-Tazza tad-Dinja? Ma nafx, u ma tagħmillix differenza, iżda nammetti li l-Ġermanja impressjonawni ferm fil-logħba kontra l-Ingliżi. Preċiżi u tattikament spje¬tati. Nittama li jirbaħ l-ispettaklu, il-logħob sabiħ.

www.alternattiva.org.mt

No comments: