Dad, political sociologist, local councillor, drummer from Malta

Monday, April 05, 2010

Hasil tal-Flus Politiku

Michael Briguglio

Kemm qeghdin tajjeb f’dan il-pajjiz! Mela ghaqda volontarja b’ponn membri ghandha tissottometti l-kontijiet taghha lill-Kummissarju ghall-Ghaqdiet Volontarji sabiex tkun tista’ tiehu fondi mill-istat u taghmel gabriet pubblici. Partit politiku kbir li jiehu €100,000 fis-sena mill-istat (u jigbor flejjes kbar kemm f’kampanji fuq it-televizjoni kif ukoll minn wara l-kwinti) m’huwiex obbligat li jibbublika l-kontijiet tieghu!

Qeghdin niffaccjaw sitwazzjoni fejn il-partiti l-kbar qeghdin jahdmu qishom oligarkiji li l-ghan taghhom huwa li jahkmu u jinfiltraw f’kull qasam tal-pajjiz. Dawn huma l-istess partiti li jaqblu bejniethom f’bosta affarijiet minn fuq dahar il-poplu. Nghidu ahna jaqblu li jezentaw lilhom infushom mill-ligi tad-data protection - ghalhekk jistghu jigbru informazzjoni privata ta’ kull cittadin minghajr ebda permess mic-cittadini. Big brother is watching you… u kif! Jaghmlu ukoll minn kollox biex jeskludu lill haddiehor milli jidhol fil-parlament, permezz ta’ ligi elettorali li hija parodija ta’ sistema gusta u ekwa. Jaqsmu l-postijiet fuq bordijiet nazzjonali – l-aqwa li jeskludu lill-haddiehor.

Fejn jidhol l-iffinanzjar tal-partiti, il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista qeghdin izommu skiet kbir sabiex jizguraw li ma jkunx hawn bidla mis-sistema prezenti. M’hijiex sorpriza li z-zewg partiti baqghu muti dwar rapport ricenti tal-Grupp tal-Pajjizi kontra l-Korruzzjoni fi hdan il-Kunsill ta’ l-Ewropa (GRECO).

Dan ir-rapport jghid li l-Partiti ghandhom jiddikjaraw id-donazzjonijiet li huma ikbar minn certu ammont u li ghandhom jizvelaw l-identita’ ta’ min itihom id-donazzjonijiet. Jghid ukoll li donazzjonijiet minn sorsi mhux maghrufa ghandhom jitwaqqfu u li l-partiti politici ghandhom ikollhom sistemi propja tal-kontijiet u ta’ l-awditjar.

Ir-rapport GRECO juri thassib dwar il-fatt li huma biss il-PN u l-PL li huma rapprezentati fil-Kumitat Malti li suppost qed jiehu hsieb din il-kwistjoni, liema kumitat jispikka bil-letargija li ghandu.

Is-sistema prezenti dwar l-iffinanzjar tal-partiti tista’ tigi deskritta bhala wahda tal-hasil tal-flus politiku. Hemm min ghandu influenza kbira fuq il-partiti politici izda ma tezisti l-ebda sistema ta’ kontijiet li turi dan. B’naqra immaginazzjoni wiehed malajr jintebah kif verament tista’ taghmel triq fil-bahar bil-flus.

Bl-istess mod, is-sistema ta’ ddikjarar tan-nefqa tal-kandidati fl-elezzjonijiet generali, Ewropej u lokali hija farsa. Hija ovja li numru ta’ kandidati jonfqu iktar flus minn dak permess bil-ligi f’sistema ta’ pjaciri, bil-barka tal-Kumissjoni Elettorali – li, ghal darb’ohra hija kkontrollata mill-PN u l-PL.. l-istess bhall-Awtorita’ tax-Xandir, bil-haqq.

Jekk hawn min qed johlom li Gvern Laburista ser ibiddel din is-sistema, infakkar li l-PL, l-istess bhall-PN, baqa sieket dwar hafna decizzjonijiet li affettwaw certu interessi… bhal, nghidu ahna, il-fatt li l-Gvern ħafer €3.3 miljun lill-kumpanija MIDI għal skart ta’ kostruzzjoni li ntefa’ fil-baħar.

Nistghu nibqghu naccettaw is-sistema ta’ hasil ta’ flus politiku?

Alternattiva Demokratika temmen li ghandu jkun hemm regoli cari dwar l-iffinanzjar tal-partiti. Fost il-proposti ta’ AD, wiehed isib li donazzjonijiet ta’ iktar min €5,000 ghandhom jigu ddikjarati mill-partiti u dawk iktar minn €40,000 ghandhom ikunu illegali. Nemmnu ukoll li l-istat ghandu jiffinanzja lill-partiti politici permezz ta’ €3 ghal kull vot fuq livell nazzjonali (f’elezzjonijiet generali jew Ewropej).

L-iffinanzjar tal-partiti mill-istat tista’ twassal ghal iktar trasparenza specjalment jekk tigi kkumpanjata minn regoli stretti li jgieghlu lill-partiti sabiex ikollhom kontijiet awditjati.

L-iffinanzjar tal-partiti kollha mill-istat giet pprovata f’demokraziji stabiliti fl-Unjoni Ewropea, u din is-sistema hi appoggjata mir-rapport GRECO tal-Kunsill ta’ l-Ewropa.

Malta qieghda l-boghod ferm minn sistema tassew gusta dwar l-iffinanzjar tal-partiti. Kulhadd jaf kemm jinghataw pjaciri u kemm hawn minn ghandu nfluenza fuq il-partiti l-kbar. Imbaghad noqoghdu ngorrru bil-koruzzjoni u nuqqas ta’ demokrazija. Izda x’nippretendu jekk nivvutaw biex inzommu kollox kif inhu?

No comments: