Sociologist, local councillor, activist from Malta

Sunday, April 11, 2010

Favur Ewropa socjali u ekologika

Michael Briguglio

http://www.meusac.gov.mt/Portals/FME/Documents/MEUSACNews033.pdf
MEUSAC News 10 April 2010, Issue 33


Il-Kummissjoni Ewropea dan l-ahhar ipprezentat il-vizjoni taghha ghas-snin li gejjin ghall-Unjoni Ewropea. Il-vizjoni, bl-isem ta’ ‘EU2020’, ser tiehu post l-istrategija ta’ Lisbona li ggwidat lill-UE f’dawn l-ahhar snin – u li ma lahqitx il-miri taghha.

Huwa tajjeb li l-UE ser ikollha vizjoni aggornata, izda wiehed jithasseb meta jara l-ghagla li biha mxiet il-Kummissjoni Ewropea biex tniedi l-EU2020. Filfatt, il-process ta’ konsultazzjoni dam biss ftit gimghat u kienu bosta l-ghaqdiet tas-socejta’ civili li lmentaw li dak li pproponew ma giex mismugh jew interpretat sew mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-grupp tal-partiti tal-Hodor fil-Parlament Ewropew ilmenta kemm dwar dan kif ukoll dwar il-fatt li l-vizjoni EU2020 m’hijiex ambizzjuza bizzejjed. Hawnhekk ta’ min wiehed ifakkar li l-UE donnha uriet nuqqas kbir ta’ determinazzjoni fis-summit ta’ Kopenhagen dwar it-tibdil tal-Klima, u halliet pajjizi bhall-Istati Uniti ta’ l-Amerika u c-Cina jiddettaw l-affarijiet. Il-Kummissjoni ta’ Barroso donnha thobb taghmel hafna retorika izda ma ssahhahx dan b’mizuri konkreti. Jidher li ghal darb’ohra il-Kummissjoni ma tantx jinteressaha li jintlahqu miri cari socjali, ambjentali u ekonomici.

Il-Partit tal-Greens Ewropej, li Alternattiva Demokratika taghmel parti minnu, qed tipproponi li l-EU2020 tinkoropora l-istrategija tal-Green New Deal. Din timmira ghal rikonciljazzjoni bejn l-izvilupp tas-socjeta’ mar-realtajiet ekologici tad-dinja, fejn jista’ jinholoq xoghol kemm gust kif ukoll sostenibbli.

Fost affarijiet ohra, il-Green New Deal tipproponi li l-ekonomija ikollha dimensjoni iktar ekologika, permezz ta’ holqien ta’ xoghol f’setturi bhall-energija nadifa, transport pubbliku, immaniggjar ta’ l-iskart u informatika. Il-holqien ta’ xoghol m’ghandux jigi mkejjel biss permezz ta’ numri assoluti, izda ukoll permezz ta’ indikaturi bhad-drittijiet socajli, opoortuntajiet indaqs, pagi dicenti, bilanc gust bejn ix-xoghol u l-hin hieles u l-hin mal-familja, sahha u sigurta’ u affarijiet ohra li jsahhu l-ekonomija u d-drittijiet tal-haddiema bhall-investiment ikbar fl-edukazzjoni.

Biex din il-vizjoni taghmel success, jehtieg li t-tehid tad-decizzjonijiet fuq livelli Ewropej, nazzjonali u lokali ikun iktar trasparenti, b’involviment iktar wiesgha tas-socjeta’ civili.

Socjetajiet bhall-Fillandja – fejn il-Greens qeghdin fil-Gvern permezz ta’ koalizzjoni – qed jirnexxilhom ikunu kompettitivi izda fl-istess hin ikollhom qafas b’sahhtu ambjentali u socjali.

Malta ghamlet is-successi taghha f’xi oqsma bhall-farmacija u l-informatika, izda qeghdin il-boghod hafna milli nahtfu opportunijiet bhall-investiment fl-energija alternattiva. Qeghdin lura ukoll f’bosta affarijiet relatati ma’ titjib ambjentali u drittijet tal-haddiema.


Michael Briguglio huwa c-chairperson u l-kelliem ghall-Izvilupp Socjali u Ekonomiku ta' Alternattiva Demokratika - The Green Party. Michael huwa socjologu u jg]allem fl-Universita` ta'

Malta. Jifforma parti mill-Core Group tal-MEUSAC u tal- Kumitat Settorjali dwar il-Politika Socjali, Impjieg u Sahha.

www.alternattiva.org.mt

No comments: