Dad, political sociologist, local councillor, drummer from Malta

Thursday, March 18, 2010

Solidarjeta' ma' Patri Mark Montebello

Iffirma din il-petizzjoni! Tista' tibghat ismek u n-numru tal-karta ta' l-identita' tieghek lil Michael Grech fuq mmg752001@gmail.com


Aħna hawn taħt iffirmati nixtiequ nuru s-solidarjetà tagћna ma’ Patri Mark Montebello. Tajjeb jew ħażin, Patri Mark jaqdi rwol importanti, essenzjali. Dan ir-rwol hu dak ta’ wieħed li jixtarr l-aġir tal-awtoritajiet u tal-istituzzjonijiet; inkluż ta’ dawk l-awtoritajiet u istituzzjonijiet li wieħed iћobb u jemmen fihom. Anzi, dan hu wieћed mill-modi li bih wieħed jista’ juri l-imħabba tiegħu lejhom. Bil-kontra, huma s-silenzju quddiem dak li wieħed jaħseb li mhux sew u l-konformità akkost ta’ kollox li huma ћżiena u jirriflettu irresponsabbiltà.

Jekk il-Kurja jidhrilha li Patri Mark gћandu tort f’dak li jgћid, għandha tuża l-bosta mezzi li tista’ tuża u turi fejn hu l-iżball; mhux tuża s-setgћa tagћha biex tifga l-vuċi unika tiegћu. Ir-responsabbiltà finalment dak li timplika, li wieħed ikollu l-kuraġġ u l-abbiltà li jirrispondi u jiddjaloga. Jekk xejn, responsabbiltà lejna ċ-ċittadini li spiss, u minn bosta istituzzjonijiet, aћna stmati bħala nies bla moћћ li ma jafux jaħsbu u/jew li jitħawdu mix-xejn jekk jismgћu vuċi differenti.

1 comment:

malta-exposed said...

Mark Montebello is one of the best things to have happened to the Catholic Church in Malta. Unfortunately like other people before him, such as Manuel Dimech, he is misunderstood because he goes against the hysterical currents of the time.