Sociologist, local councillor, activist from Malta

Wednesday, January 13, 2010

Riforma b’saħħitha?

minn Michael Briguglio, Cerpersin, Alternattiva Demokratika

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=59585

L-Orizzont 13 ta’ Jannar 2010


Il-Gvern dan l-aħħar ip­pre­żen­ta numru ta’ proposti għar-riforma fil-qasam tas-saħħa. Bla dubju, hemm aspetti pożittivi fil-proposti. Iżda hemm ukoll aspetti li jqajmu suspett kbir dwar l-intenzjonijiet tal-Gvern.

Huwa pożittiv li l-Gvern qed jipproponi li t-tobba jkunu parti minn sistema ċentralizzata b’in­for­mazzjoni medika tal-pazjenti tagħhom u huwa pożittiv ukoll li t-tabib tal-familja jkollu rwol aktar importanti fis-settur tas-saħħa.

Fis-soċjetà Maltija, it-tabib tal-familja għandu rwol soċjali importanti u tajjeb li dan jissaħ­ħaħ. Dan jista’ jwassal għal di­ċen­tralizzazzjoni ta’ poter fil-qasam tas-saħħa li bħalissa huwa mxaqleb aktar favur il-konsultenti u dawk li għandhom aċċess għall-assigurazzjoni privata. Kulħadd jaf kemm hu faċli taqbeż il-kju fl-isptar jekk tmur għand xi konsulenti privati!

Iżda fl-istess ħin, proposti li jnaqqsu l-aċċess universali għall-kura primarja b’xejn m’għand­homx jiġu appoġġjati. Il-Gvern qed jipproponi li dan id-dritt jibda jingħata biss lil min ikun eleġibbli permezz ta’ ‘means-test’ favur dawk li ma jifilħux iħallsu għat-tabib.

Il-‘means tests’ iġibu magħ­hom riskji kbar, speċjalment għal dawk li jaqilgħu kemm kemm aktar mill-minimu stabi­lit. Dawn in-nies, li ħafna drabi jkunu ħaddiema, jispiċċaw jiġu kkastigati għax jaqilgħu ftit aktar minn ħaddieħor u b’hekk jitil­fu numru ta’ beneffiċċji mogħtijin mill-istat. Tajjeb inżom­mu f’moħħna li kull min jaħdem iħallas il-bolla u għalhekk għan­du jkun intitolat għas-servizz tas-saħħa offrut mill-istat.

Il-‘means tests’ jistgħu iwasslu għal sitwazzjoni perversa fejn ikun hemm min jagħżel li ma jirrikorrix għand it-tabib pri­vat minħabba l-ħlas dovut, iżda b’hekk iżid ir-riskju fuq saħħtu u sempliċi infezzjoni tista’ tiggrava, ngħidu aħna, fi problemi aktar serji, bħal ngħidu aħna, amputazzjoni.

Kien ikun ferm aktar għaqli jekk il-Gvern jiffoka aktar fuq kif jitjieb l-immaniġġjar fil-qasam tas-saħħa u billi jrażżan prattiċi ineffiċjenti, ħalja u inġusti li jeżistu. Fil-preżent jidher li hemm żewġ klassijiet ta’ pazjenti. Dawk b’assigurazzjoni privata u l-oħrajn. L-akbar sfida għandha tkun li f’qasam bażiku bħas-saħħa, ma jkunx hemm min hu aktar ugwali minn ħaddieħor minħabba li jiflaħ iħawwel aktar.

Riforma bis-serjetà fil-qasam tas-saħħa għandha tkopri wkoll il-kwistjoni tal-prezzijiet tal-me­diċini. Fis-sitwazzjoni preżen­ti, il-mediċini f’Malta huma fost l-aktar għoljin fl-Ewropa.

L-Alternattiva Demokratika qiegħda tanalizza s-sitwazzjoni, u mingħajr tlaqliq nemmnu li politika favur prezzijiet ġusti fil-mediċina għandha tinvolvi sehem akbar mill-Gvern fl-importazzjoni fil-mediċini, biex dawn jinbiegħu bi prezz ġust.

Nemmnu wkoll, li bħalma għam­lu bosta pajjiżi fl-Unjoni Ewropea inkluż l-Ingilterra u l-Italja, prodotti mediċinali li m’għandhomx bżonn preskrizzjoni tat-tabib ikunu jistgħu jin­xtraw minn ħwienet oħrajn u mhux biss mill-ispiżeriji. Dan iwassal għal pressjoni biex jitbax­xew il-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti. Ikun tajjeb ukoll li kul­jum ikun hemm tal-inqas spi­że­rija li tkun miftuħa għal 24 siegħa f’kull reġjun tal-pajjiż.

Riformi bħal dawn ma jinżlux tajjeb mal-interessi kbar li jiddominaw is-settur tas-saħħa u ma’ min qed “jirranġa” l-prezzijiet tal-mediċinali. Iżda inutli nitkellmu dwar prezz ġust tal-mediċini jekk ma jkunx hemm politika li verament tindirizza l-problema.

Sadanittant, f’isem l-eżekut­tiv ta’ Alternattiva Demokratika, nawgura sena ġdida lill-qar­rejja ta’ l-orizzont.

F’dawn iż-żminijiet tajjeb li nuru s-solidarjetà mal-aktar persuni żvantaġġjati. Dawn jinkludu l-persuni li qegħdin jgħi­xu fil-faqar, dawk li huma esk­lużi minn drittijiet ċivili jew umani u dawk li qegħdin jesperjenzaw tbatijiet bħal mard fiżiku u mentali, u diskriminazzjoni. Jinkludu wkoll lil dawk kollha li jinsabu waħedhom fil-ħajja ta’ kuljum.

Is-solidarjetà għandha tkun universali lejn kulħadd, irrispet­tivament minn karatterisitiċi bħas-sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, ġenetika, ling­wa, reliġjon, twemmin, opinjoni politika, sħubija ta’ minoranza nazzjonali, proprjetà, post ta’ twelid, diżabbiltà ,età u orjentazzjoni sesswali.

Għandna nuru s-solidarjetà wkoll mal-ħlejjaq kollha, inkluż l-annimali, li jistħoqqilhom kull protezzjoni mill-moħqrija u sfrut­­tar. Għas-sena l-ġdida Alternattiva Demokratika se tkompli taħ­­dem favur ġustizzja soċjali, ġustizzja ekoloġika, drit­tijiet ċi­vili u ekonomija b’saħ­ħitha u sostenibbli. Awguri.

www.alternattiva.org.mt

No comments: