Dad, political sociologist, local councillor, drummer from Malta

Wednesday, December 02, 2009

Mis-Subbuteo ghall-Politika u l-Muzika

Michael Briguglio

Memorji – harga numru 16, Malta Table Football Subbuteo Association


Dak kien zmien! Meta kont izghar, u qabel ma bdejt inkun attiv fil-politika u fil-muzika rispettivament, kont iffisat fuq il-loghba tas-Subbuteo (Table Football).

Kont dhalt fil-league nazzjonali fl-1988 jew 1989 meta kelli 13 jew 14-il sena. Niftakar l-ewwel loghba kontra Charles Borg, gewwa l-klub ta’ Vilhena… Qlajt tkaxkira, 1-9 !!! Izda bil-mod il-mod bdejt nitghallem il-loghba sew, kemm mill-aspett tekniknu (per ezempju il-polixx li trid taghmel fil-qiegh tal-plejers, u t-toqol ta’ l-istess plejers), kif ukoll mill-aspett tattiku (qatt ma kont xi Ancellotti, imma nsomma… ).

Kelli mejda tas-Subbuteo fil-kamra tieghi, li kienet imzejna ukoll b’hafna posters tal-futbol.. Kont nixtri timijiet minn hanut partikolari, imbaghad insegwi prattika li kienu jaghmlu hafna, u nizboghhom biex intihom iktar hajja… Kont inzomm ma’ timijiet mhux kwotati hafna… Danimarka, Brondby, Tottenham u Sampdoria.. Izda kollha hadu xi unuri f’dawk iz-zminijiet.. Bhal meta d-Danimarka hadu l-Kampjonat Ewropew fl-1992 u s-Sampdoria il-kampjonat Taljan fl-istess zmien! U ejja nghiduha kif inhi, id-Danimarka kellhom tim spettakolai bl-ahwa Laudrup u stillel ohra!

L-iktar li qatt mort tajjeb kien meta kont fit-tieni divizjoni.. mhux ghax gejt promoss bil-hila tieghi, izda ghax kien sar ristruttuar tal-league.. izda gieli gibt rizultati tajbin. Niftakar plejers brillanti dak iz-zmien, bhal Tonio Montestin – li kien gab rizultati tajbin hafna anke fuq livell internazzjonali, u stillel ohrajn bhal Patrick Pace u Joe Mifsud. Kien hemm tahlita ta’ zghazagh – bhal Joseph Borg Bonaci u Hans Mallia, u veterani, bhal Tonio Sapiano u Joseph M. Debono. Niftakar ukoll ic-Championships Ewropej li kienu saru Malta. Kien hemm spettaklu ta’ loghob!

Kont dhalt fil-Floriana Subbuteo Club – li kien jilghab fil-Fsobians. Dan il-klabb kien immexxi sew minn plejers bhal Mario Camilleri u Jean Pierre Debono. Eventwalment, jien u plejers ohrajn bhal Sean Vukovic u David Pisani iffurmajna s-Sliema Table Football Club… Din kienet l-ewwel esperjenza tieghi fil-‘politika’.. Jidirli li kont segretarju tal-klabb, u kellna niehdu decizzjonijiet dwar kampjonati, amministrazzjoni, u affarijiet ohra, bhal stampar ta’ t-shirts u apparat ghall-loghob… Din l-esperjenza swietni sew!

Eventwalment, fid-disghinijiet ma bqajtx nilghab, ghax twieldu fiha imhabba ghall-politika u l-muzika rispettivament… Fil-politika bdejt inkun attiv fil-Moviment Graffitti fl-1994, u Zminijietna Lehen ix-Xellug, u eventwalment dhalt fl-Alternattiva Demokratika fejn kont Ufficjal ghar-Relazzjonijiet Pubblici, kunsillier f’Tas-Sliema, Kelliem, u issa Chairperson! Fil-muzika, sirt drummer, u ghaqqadt il-grupp Norm Rejection fl-1994 – li ghadu jezisti sal-llum, u kont indoqq ma’ Filletti & Friends. Indoqq ukoll ma’ Dripht.

Interessanti li nghid li ma kontx wahdi f’dawn it-toroq.. Zewgt ihbieb antiki Slimizi ta’ l-istess eta’ tieghi hadu l-istess toroq tieghi rispettivament mis-Subbueto ‘il-quddiem… Sean Vukovic fil-muzika, u David Pisani fil-politika.. U t-tlieta li ahna bqajna attivi!

Il-hassieb Albert Camus darba qal ‘Kull ma naf dwar moralita’ u obbligazzjonijiet, nafu mill-futbol’… Nahseb dan nistghu nuzawh ukoll ghas-Subbuteo.. Makrokozmu tas-socjeta’…..

No comments: