Sociologist, local councillor, activist from Malta

Wednesday, December 02, 2009

Harsa lejn il-Bagit


minn Michael Briguglio, Ċermen tal-Alternattiva Demokratika

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=58614
L-Orizzont 2 ta’ Dicembru 2009


Il-Baġit tal-Gvern Naz¬zjona¬lis¬ta għas-sena d-dieħ¬la ma jistax jit¬qies bħa¬la wie¬ħed “tajjeb” jew “ħażin”. Fih aspetti kemm pożittivi kif ukoll negattivi. Fuq kollox, fih bosta proposti li jridu jiġu mpli¬men¬tati biex ikunu effettiv. U nafu lkoll li l-Gvern Nazzjonalista m’għandux ‘track record’ tajjeb ħafna f’dan ir-rigward.

Nibda biex insellem lill-unjins tal-ħaddiema li ħadmu flimkien biex il-ħaddiema u l-penzjonanti jingħataw kumpens sħiħ għall-għoli tal-ħajja. Din kienet rebħa importanti. Nixtieq nesprimi l-ap¬poġġ għall-proposta tal-Ge-neral Workers’ Union biex il-Kun¬sill Malti għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku jibda jil¬ta¬qa’ spiss biex jara li proposti mħab¬brin fil-Baġit jiġu tassew implementati.

Jekk wieħed iħares lejn il-proposti tal-Baġit, wieħed isib, per eżempju, li l-Gvern biħsiebu jżid l-invesitment fiċ-‘childcare centres’. Din hi deċiżjoni pożit¬ti¬va, iżda tajjeb wieħed jinnota li fil-preżent, in-nefqa tal-Gvern f’dan il-qasam hija baxxa u li skont rapport tal-Kummissjoni Ewropea, dan is-servizz f’pajjiż¬na huwa limitat ħafna.

Għalhekk, jeħtieġ li politika f’dan il-qasam tkun priorità naz¬zjonali, biex dawn iċ-ċentri ikunu affordabbli u aċċessibbli għall-ġenituri li jaħdmu. B’hekk pajjiżna jkun qiegħed jipprom¬wovi bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja, speċjalment għall-ġeni¬turi żgħa¬żagħ li jixtiequ jwettqu r-res¬pon¬sabbiltajiet tagħhhom. Dawn il-ġe¬nituri għandhom jiġu pprem¬jati għall-isforzi tagħhom.

Il-Gvern għandu wkoll politi¬ka kontradittorja dwar l-użu tal-enerġija tax-xemx. Filwaqt li hu pożittiv li l-Gvern biħsiebu jżid l-investiment fil-fotovoltajci u li biħsiebu juża’ l-bjut ta’ bini pub¬bliċi għall-enerġija mix-xemx, ma jistax jintqal l-istess għall-miżuri mħabbrin dwar għaj¬nu¬niet għas-‘solar water heaters’.

Dan għax il-Gvern ħabbar li huma ftit gruppi soċjali li se jkunu eleġibbli għall-għajnuniet mill-Gvern. Minbarra hekk, ħafna nies li jgħixu f’appar¬ta¬menti ma jistgħux jinstallaw dan l-apparat minħabba li huma mċaħħdin mili jużaw il-bjut. Dan kollu hu ’l bogħod ħafna mill-bżonn ta’ 50,000 ‘solar water heater’ li għandu pajjiżna biex jilħaq il-miri tiegħu. Din il-figura ġiet imħabbra minn espert waqt seminar riċenti tal-għaqda ‘Friends of the Earth’.

Fost il-proposti pożittivi fil-Ba¬ġit hemm iż-żieda fl-inves¬timent edukattiv, iż-żieda fl-għajnuniet lill-‘foster carers’ u ż-żieda fl-investiment fir-riċerka. Tajjeb ukoll li l-Gvern biħsiebu jirriċikla l-ilma tad-drenaġġ u li biħsiebu jieħu miżuri biex inaqqas il-kjuwijiet fl-isptar. Iżda dwar dawn it-tnejn tal-aħ¬ħar, irridu naraw eżattament x’se jiġi propost u jkun tajjeb li l-Gvern jikkonsulta sew ma’ esperti, għaqdiet u unjins li jaħdmu f’dawn l-oqsma.

L-iskemi imħabbrin biex jgħinu lill-intrapriżi żgħar fl-innovazzjoni huma pożittivi ferm. Tajjeb li f’dan ir-rigward ikun hemm min jinvesti fil-‘green jobs’, f’oqsma bħall- ener¬ġija alternattiva, trasport, ri¬ċerka, agrikoltura u mmaniġ¬ġjar tal-iskart. Hawnhekk, jista’ jinħoloq xogħol li jrendi.

Proposti li huma assenti f’dan il-Baġit jistgħu jinkludu il-bżonn ta’ żieda fil-paga minima kif ukoll miżuri li jistgħu jnaqqsu d-defiċit. Fost dawn, jista’ jiġi ntaxxat il-bini li qiegħed jin¬żamm vojt għal raġunijiet ta’ speku¬laz¬zjoni (jiġifieri mit-tielet proprjetà vojta ’l quddiem u l-villeġġja¬turi ma jiġux intaxxati); kif ukoll taxxa fuq il-profitti żejda li qed jagħmlu l-banek ž l-istess banek li qegħdin jixxalaw bil-miżati ġodda li qegħdin jimponu fuq il-klijenti.

Aspett negattiv fil-Baġit għandu x’jaqsam mat-trasport pubbliku, fejn il-Gvern qiegħed bażikament jikkonferma li se jiġi permess l-użu ta’ karozzi ‘Euro 3’, meta fl-Unjoni Ewropea diġà qegħdin jintużaw mudelli ‘Euro 5’ li huma ferm aktar effiċjenti u li jniġġsu inqas.

Il-Gvern jidher ukoll li jrid itemm is-sussidji għat-trasport pubbliku, bir-riskju li jiġu esklu¬żi rotot u ħinijiet li ma jagħmlux qligħ. Minbarra hekk, ir-rifor-ma fit-trasport pubbliku tidher as¬senti mill-pjan “eko-Għaw¬dex”.

Iżda l-iktar proposta negat¬tiva tal-Baġit ma tinstabx fid-dis¬kors tal-Ministru Tonio Fenech. Qiegħed nirreferi għall-inċer¬tezza u l-anzjetà li qiegħda tinħoloq minħabba ż-żidiet previsti fil-kontijiet tad-dawl u tal-ilma. Ma nemminx li l-Gvern qiegħed jagħmel biżżejjed biex verament jip¬prem¬ja lil min hu bil-għaqal fl-użu tad-dawl u tal-ilma u jip¬penalizza lil min hu ħali. Hija daqshekk diffiċli biex il-Gvern ibiddel ir-rotta f’dan il-qasam?

Għalhekk qegħdin jieħdu pagi fenomenali il-kbarat tal-Ene¬mal¬ta? Biex jitgħażżnu milli jsibu soluzzjonijiet li jibbilan¬ċjaw il-ħtiġijiet ambentali, soċjali u ekonomiċi tal-pajjiż?

No comments: