Dad, political sociologist, local councillor, drummer from Malta

Saturday, October 31, 2009

Diskors, 31 ta’ Ottubru 2009 – Laqgha Generali Alternattiva Demokratika

Michael Briguglio – Chairperson Alternattiva Demokratika



X’direzzjoni ghandha tiehu l-Alternattiva Demokratika?

Ghandna jkollna vizjoni ekologika u socjali. Bhala partit Ahdar, jehtieg li nghidu l-affarijiet kif inhuma, minghajr biza’ minn xi babaw li ser johdilna l-voti. Ghax ha nghiduha kif inhi.. Min jara sal-ponta ta’ mniehru fuq kwistjonijiet bhall-ambjent, drittijiet civili u drittijiet tal-haddiema, jista’ jtina l-appogg?

Ghandna nkunu pozittivi u nharsu l-quddiem. Irridu nkunu kritici ta’ realtajiet koroh, izda m’ghandniex incekknu lilna nfusna qisu d-dinja kollha kontrina. Ghandna nahdmu sabiex in-nies ikollhom tama li jekk irridu nistghu ingibu socjeta’ ahjar.

Fuq livell ideologiku, minghajr ma nkunu dommattici, irridu nsostnu l-principji taghna. AD ma tiddependix mill-iffinanzjar ta’ xi id mohbija, u m’ghandhiex biza’ tirfes kallijiet jew li titkellem meta’ jaqblila biss.

U l-principji taghna x’inhuma?

Nahseb li hemm erba’ principji sagri ghalina ta’ l-Alternattiva, li flimkien iwasslu ghal-zvilupp sostenibbli. Dawn ituna l-identita’.

L-ewwel, il-gustizzja socjali. Nemmnu li ma jistax ikun hemm progress minghajr ma jkun hemm poltika li timmira lejn l-ugwaljanza socjali. B’ugwaljanza ma nfissrux li kulhadd jigi l-istess, bla personalita’. Izda nemmnu li kull persuna ikun haqqha tibbenefika mill-gid li jigi mahluq fis-socjeta’, u kulhadd ikun jista’ jikkontribwixxi skond il-kapacita’ tieghu, fid-diversita’ tas-socjeta ta’ zminijietna. Ghandna nahdmu favur tishih tal-'Welfare State' u Ewropa Socjali. F’dan ir-rigward nemmnu f’servizzi pubblici dicenti u accessibbli f’oqsma bhat-trasport pubbliku, housing, edukazzjoni inklussiva, sahha pubblika u sigurta’ fil-lokalitajiet, Dawn il-htigijiet jehtieg ikollhom finanzjar sod, u ghalhekk ma nistghux inkunu favur politika li zzarma t-taxxi progressivi. Il-gustizzja socjali ghandha titkattar ukoll fuq livell globali, u l-Partiti tal-Hodor ghandhom rwol ewlieni sabiex ikun hemm responsabilita’ gusta f’kwistjonijiet bhall-izvilupp u l-immigrazzjoni.

It-tieni, il-gustizzja ekologika. Nemmnu li l-ekologija hija katina, u ghalhekk ahna favur zvilupp li jkun sostenibbli, il-protezzjoni ta’ l-ambjent u l-harsien ta’ l-annimali. Ahna lkoll nieklu mill-ekologija, izda ma tistax iddardar l-ghajn li tixrob minnha. Il-glieda biex insalvaw il-pjaneta mit-tibdil fil-klima hija forsi l-ikbar sfida li qatt kellha l-umanita’. Izda din il-glieda hija opportunita’, li permezz taghha nistghu noholqu xoghol sostenibbli u b’kundizzjonijiet tajbin f’oqsma bhall-energija alternattiva. Il-bniedem ghandu l-kapacita’ li jbiddel in-natura, izda dan ghandu jsir b’mod li ma jeqridx lilu nnifsu u lill-ispeci fil-process.

It-tielet, id-drittijiet civili. Nemmnu li f’socjeta’ tassew demokratika, id-diversita’ ghandha tigi mhux biss protetta, izda ccelebrata f’kuntest ta’ rispett reciproku. Ma jistax ikun hemm mudell wiehed biss ta’ hajja imposta fuq kulhadd. Fil-kuntest Malti, ma jistax’ jibqa’ jkun li drittijiet bhad-divorzju u d-drittijiet ta’ l-omosesswali jibqghu jintefghu taht it-tapit.

Ir-raba’ u mhux l-inqas, l-ekonomija. Ahna nemmnu fl-izvilupp sostenibbli u dan ma jistax jitwettaq jekk ikun hemm il-faqar. Ghalhekk l-AD temmem li ghandu jkun hemm progress materjali u dan ifisser aktar xoghol produttiv, qliegh u kundizzjonijiet dicenti ghal kulhadd u thajjir ta’ investiment produttiv. Imma hawhekk ukoll, jehtieg intervent socjali . Il-vizjoni tal-Hodor, dik tal-Green New Deal, hija precizament mibnija fuq dawn is-sisien, fejn it-tibdil tal-klima u l-iskarsezza tar-rizorsi jigu meqjusa bhala opportunitajiet li joholqu x-xoghol sostenibbli, f’oqsma bhat-turizmu, uzu ta’ energija nadifa, immangijar ta’ l-iskart, ricerka u produzzjoni ta’ l-ikel.

Dawn il-principji ghandhom jitpoggew fil-kuntest ta’ pajjiz imsieheb bhala protagonista fl-Unjoni Ewropea, u fil-kuntest ta’ socjeta’ demokratika u responsabbili

Demokrazija m’hijiex biss il-vot li wiehed ikollu kull hames snin. Demokrazija tirreferi ghall-hajja ta’ kuljum taghna, fejn ic-cittadini jistghu jippartecipaw fit-tehid tad-decizzjonijiet bl-iktar mod wiesgha. Id-demokrazija ghandha tkun kullimkien, mill-MEPA sal-MCESD, mill-familja sal-post tax-xoghol.

Ir-responsabilita’ hija fundamentali ghall-politika tal-hodor. Meta nitkellmu dwar sostenibilita’, qeghdin nitkellmu dwar responsabilita’ lejn generazzjonijiet li ghad iridu jigu. Bl-istess mod, ghandna nippropagaw politika li filwaqt li thares id-drtitt tal-liberta’, tpoggi dan id-dritt f’kuntest socjali. Il-liberta’ ta’ imprenditur m’ghandhiex twassal ghall-isfuttar tal-haddiem u il-liberta’ tal-kuntrattur m’ghadiex twassal ghall-inkonvenjenzi kbar ghar-residenti.

Nemmen li f’dan il-kuntest ideologiku, jezisti vojt kbir fil-politika Maltija. Dan huwa precizament fejn ghandha tidhol l-Alternattiva Demokratika. L-ideat taghna ghandhom jigu mhaddma permezz ta’ strategiji realistici.

M’ghandniex nippretendu li ahna xi haga li m’ahniex. M’ahniex il-Prim Ministru u lanqas m’ahna ser inkunu fil-Gvern fil-futur qarib. Izda ghandna s-sahha taghna. Ghandna ammont sabih ta’ votanti li jtuna l-appogg. U dan l-ammont jaf jiddetermina rizultat ta’ elezzjoni generali. Ejja naghmlu uzu tajjeb minn din is-sahha!

Fuq livell ta’ strategija, nemmen li ghandna nibdew minna nfusna biex noholqu partit iktar demokratiku, dinamiku u effettiv.

Irid ikollna strutturi iktar orizzontali, sabiex kull min jixtieq jahdem fil-partit, ikun jista’ isib postu. Mhux qed nitkellem biss dwar hidma strettament Politika bil-P kbira, izda ukoll ghal xoghol amministrattiv, organizzattiv u socjali fost ohrajn. Dan kollu huwa vitali sabiex jikbru l-gheruq tal-partit. Ghal dan il-ghan, tajjeb ninvestigaw il-holqien ta’ kumitati varji b’dawn ir-responsabilitajiet rispettivament.

Jehtieg ukoll li nkunu organizzati ahjar fuq livelli regjonali. Hawnhekk, jehtieg li kumitati regjonali jaghmlu x-xoghol mehtieg sabiex l-Alternattiva Demokratika tkun iktar vicin il-polz tan-nies f’zoni differenti f’Malta u Ghawdex. Ghandna nkunu prezenti fil-hajja ta’ kuljum tan-nies u naghmlu networking kontinwu. B’hekk nibnu kapital socjali u relazzjonijiet ta’ fiducja ma iktar nies.

Strutturi fi hdan l-Alternattiva bhall-Alternattiva Zghazagh u l-Fondazzjoni Ceratonia ghanhom ikunu fic-centru tal-hidma tal-Partit. L-attivizmu, l-edukazzjoni u l-hidma kulturali jipprovdu l-materja prima sabiex insahhu u nirfinaw il-principji taghna.

Nemmen ukoll li ghandna noholqu alleanzi ma ghaqdiet u individwi li lesti li jahdmu maghna avolja mhumiex membri taghna, partikularment dawk li ghandhom l-izvilupp sostentibbli bhala wiehed mill-ghanijet taghhom. Irridu nkunu realistici u naccettaw li ma jistax ikun li il-membri taghna jahsbuha l-istess ezatt fuq kollox – ahseb u ara dawk li ma humiex membri taghna. Madankollu il-principji taghna ghandhom jghaqqduna bhala membri fl-AD u jippermettu l li l-AD tahdem ma individidwi, gruppi, u ghaqdiet ohra.

Nixtieq nirringrazzja lill-attivisti kollha li hadmu tant ghall-Alternattiva tul is-snin. Ejjew nibnu fuq dan il-wirt!

2 comments:

jurgenbalzan said...

awguri Mike!

jean paul said...

Bidu versatili, intelliġenti u sod.