Dad, political sociologist, local councillor, drummer from Malta

Wednesday, September 09, 2009

Politika ambjentali u Piano socjali


minn Michael Briguglio, Kelliem ghall-Izvilupp Socjali u Ekonomiku Alternattiva Demokratika

L-Orizzont 9 ta’ Settembru 2009

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=56500


Ftit tal-ġranet ilu l-Kummis­sjo­ni Ew­ro­pea talbet lill-Gvern Mal­ti biex jik­kja­rifika l-po­żiz­zjo­ni tiegħu dwar l-ammont eċ­ċes­siv ta’ tniġ­ġis li hemm f’Tas-Sliema u l-Gżira, liema ammont jeċċedi dak permess mill-Unjoni Ewro­pea.

F’toroq bħal Triq Manwel Dimech, Rue D’Argens u Triq Imrabat, it-tniġġis ikkawżat mit-traffiku jixhed il-falliment tal-Gvern Nazzjonalista li jindirizza l-immaniġġjar tat-traffiku.

Il-pożizzjoni tal-Gvern dwar din il-kwistjoni hija verament di­żap­puntanti. Minflok ma jaqbad il-barri minn qrunu, il-Gvern ġie rrapportat (minn The Times nhar it-3 ta’ Settembru) li se jitlob li Malta testendi din il-politika ta’ tniġġis sal-2011!

Kien permezz tal-Alternattiva Demokratika, li din il-kwistjoni tqaj­met fuq livell Ewropew, meta Arnold Cassola u jien, ħdim­na flimkien biex nappellaw lill-Ħodor Ewropej iqajmu din il-kwistjoni fil-Parlament Ewro­pew. Iżda l-ebda mill-“eroj” ġodda tal-ambjent ma tkellem dwar din il-kwistjoni qabel l-elez­zjonijiet ta’ Ġunju li għad­da… ma jmorux jiċċappsu mal-Ħodor!

Dan kollu jfakkarni fil-pro­testa li għamlu tal-Moviment Graffitti ftit tal-ġranet ilu kontra l-hekk imsejħa “riforma” tal-MEPA. Il-punt ewlieni ta’ din ir-riforma hi li issa huwa ddikjarat li l-politika tal-MEPA għandha toħ­roġ mill-Gvern. Mur obsor!

Forsi jkun tajjeb li jkun hemm mik­tub ukoll li apparti mill-Gvern, din toħroġ ukoll mill-kum­paniji kbar li qegħdin ibid­dlu wiċċ pajjiżna f’massa kon­kos. Biżżejjed insemmu kif skont il-gazzetta Malta Today tas-16 ta’ Awwissu li għadda, il-Gvern ħafer €3.3 miljun lill-kumpanija MIDI għal skart ta’ kostruzzjoni li ntefa’ fil-baħar.

Fl-opinjoni tiegħi, is-sinjifikat ewlieni tal-protesta tal-Graffitti hi li l-ambjent hija kwistjoni po­li­tika. Meta ċerti ambjentalisti “moderati” jgħidu li l-ambjent m’għadux politiku għax sar tagħna lkoll, naħseb li ironika­ment qegħdin jagħmlu pjaċir kbir lill-interessi kbar li jiddet­taw il-politika ambjentali ta’ paj­jiżna. Il-verità tibqa’ li jekk ma jkunx hemm theddida tal-vot l-aħ­dar, pressjoni mis-soċjetà ċi­vili u alleanzi b’saħħithom, il-Gvern u l-kumpaniji l-kbar jib­qgħu għaddejjin bħall-gaffa fuq kulħadd.

Bħalissa għadejja d-diskus­sjo­ni dwar il-proġett tal-Gvern għal Bieb il-Belt, liema proġett huwa kkaratterizzat mill-proposti tal-arkitett magħruf Renzo Piano.

Intqal ħafna dwar bosta as­pet­ti tiegħu, iżda ftit li xejn int­qal dwar l-aspett soċjali ta’ dan il-proġett. Għalhekk, nemmen li l-punti li qajmet l-għaqda Żmi­ni­jietna – Leħen ix-Xellug dwar din il-kwistjoni jistħoqqilhom attenzjoni xierqa.

F’dan ir-rigward huwa tajjeb li l-entratura tal-Belt Valletta se tiġi riġenerata. Hu tajjeb ukoll li se jkun hemm investi­ment tal-Gvern għal dan il-proġett, liema investiment jista’ joħloq l-im­pjiegi, jagħti spinta lill-kultura u l-arti u jtejjeb il-prodott turistiku ta’ pajjiżna. Għalhekk ma naq­bilx ma’ dawk li jikkonsidraw il-proġett bħala ħela ta’ flus.

It-teatru kif inhu propost għan­du potenzjal li jkun aċ­ċes­sib­bli għal forom varji ta’ arti u kultura, iżda biex dan iseħħ ma jridx ikun ristrett biss għall-kul­tura elitista, bħalma qed jiġri fil-Kavallier ta’ San Ġakbu. Dan tal-aħħar, minkejja li jippermetti arti “proġressiva”, huwa kkara­te­rizzat minn prezzijiet li jis­ko­ra­ġixxu lill-artisti u l-organiz­zaturi. Dan minħabba l-politika tal-Gvern f’dan il-qasam, li hu ispirat mill-kalkoli finanzjarji l-ewwel u qabel kollox.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-proposta għall-Parlament ġdid, huwa tajjeb li dan il-bini se jkun effiċjenti fl-użu tal-ener­ġija. Huwa tajjeb ukoll li se jit­neħ­ħew il-karozzi miż-żona biex b’hekk din issir waħda pe­donali. Iżda nistaqsi jekk hu­wiex tajjeb li l-Belt se titlef pjazza miftuħa għal dan il-bini.

L-ispazji miftuħin huma es­sen­zjali fid-demokrazija ta’ kul­jum, għax fihom il-poplu jista’ jiltaqa’, jirrikrea ruħu u jor­ga­niz­za attivitajiet miftuħin…. inkluż di­mostrazzjonijiet poli­ti­ċi. Fil-fatt, tul is-snin, kienu bosta l-mex­xejja madwar id-dinja li ppro­vaw ineħħu jew jik­kon­trol­law l-ispazji miftuħin biex b’hekk il-forzi avversarji jkoll­hom inqas ċans jinġemgħu u jirribellaw!

Hemm bosta aspetti oħrajn dwar il-proġett ta’ Piano li jist­ħoqqilhom analiżi u dibattitu serju. Dawn jinkludu l-bżonn ta’ pjan ħolistiku għall-immaniġġjar tat-traffiku, kif ukoll diskussjoni dwar l-assenza ta’ librerija pub­blika f’dan il-proġett. Nittama biss li ma ndumux 60 sena oħra niddiskutu!

No comments: