Sociologist, local councillor, activist from Malta

Wednesday, August 12, 2009

Meta ahjar tkun bla saqaf

minn Michael Briguglio, Kelliem ghall-Izvilupp Socjali u Ekonomiku Alternattiva Demokratika

L-Orizzont 12 ta’ Awissu 2009
http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=55796


Dan l-aħħar il-Par¬tit Laburista ppreżenta 23 proposta dwar l-għoli tal-ħajja. Minnu nnifsu dan hu pass pożittiv. Nixtieq niddiskuti wieħed mill-punti, li għandu x’jaqsam mal-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Il-PL jikkwota pubblikazzjoni tal-Eurostat li juri li meta wieħed iqis kemm huma l-pagi tal-Maltin u l-Għawdxin, dawn huma t-tielet l-aktar li jħallsu għad-dawl u l-ilma fl-Unjoni Ewropea. Għal¬¬hekk, huwa fatt li dawn il-kontijiet qegħdin joħolqu piżijiet kbar, ħaġa li jien kemm-il darba ikkummentajt dwarha fil-kolon¬na tiegħi f’l-orizzont.

F’dan ir-rigward, permezz ta’ stqarrija li ħarġet fid-19 ta’ Lulju, il-PL jgħid preċiżament dawn il-kliem:

“Għalhekk qegħdin nipproponu li fil-Baġit li ġej il-Gvern jerfa’ r-responsabbiltà tiegħu u jiddik¬jara x’inhuma l-kontijiet massi¬mi tad-dawl u l-ilma, kif ukoll il-prezzijiet massimi ta’ petrol u diesel li se jkun qed jittollera u li fuqhom se jkun qed jintervjeni matul is-sena d-dieħla. Dan filwaqt li ntennu li l-livelli preżenti diġà huma għoljin iżżejjed. F’sitwazzjoni fejn l-interventi statali f’għadd ta’ pajjiżi huma aktar minn ovvji, il-Gvern ikun ġustifikat li jimponi pubblikament dan is-‘ceiling’, speċjalment fuq kum¬panija bħall-Enemalta li hija proprjetà tiegħu. Naturalment, għandha tkun miżmuma l-fles¬sib¬biltà f’każ ta’ flatwazzjoni konsistenti u persistenti”.

Nistqarr li ma naqbilx mal-proposta Laburista, minħabba li nikkunsidraha soċjalment rig¬¬¬res¬siva u insostenibbli minn per¬spet¬¬tiva ekoloġika. Nispjega għal¬fejn.

Jekk ikun hemm limitu mas¬simu ta’ kemm jistgħu jogħlew il-kon¬tijiet tad-dawl u l-ilma, dan ifisser li jekk wieħed jaqbeż dan il-limitu jkun jista’ jikkon¬sma kemm irid dawl u ilma u ma jħallasx għalih. Dan huwa in¬ċentiv kbir biex ikun hawn il-ħela.

Ma nistax nara kif, minn per¬spet¬tiva ekoloġika, ħaġa bħal din tista’ titqies bħala tajba, speċ¬¬jal¬ment meta pajjiżna huwa d-disa’ l-aktar pajjiż niexef fid-din¬ja, u niddependu kważi għal kol¬lox miż-żejt għall-enerġija tad-dawl, b’konsegwenzi koroh bħat-tniġġis.

Infakkar ukoll li l-ener¬ġija tad-dawl tintuża wkoll għall-impjanti tar-‘reverse osmo¬sis’, liema proċess jis¬wa ħafna flus u juża ħafna enerġija.

Noġġezzjona għall-proposta tal-PL ukoll għax jekk ikun hemm limitu massimu ta’ kemm jistgħu jogħlew il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, x’aktarx ikunu dawk tal-klassijiet soċjali ta’ fuq li jibbenefikaw l-aktar, minħabba li jkunu huma li x’aktarx għand¬¬hom biżżejjed mezzi biex jilħqu l-massimu stabbilit mill-Gvern. Din hi simili għal meta jkun hemm tnaqqis ta’ taxxa għal min jaqla’ aktar minn ċertu ammont – bħalma għamel il-Gvern Naz¬zjonalista fl-aħħar baġits, għall-benefiċċju ta’ min jaqla l-aktar!

L-uniku ħaġa pożittiva li nara fil-proposta Laburista hi li per¬mezz tagħha kulħadd ikun jaf fejn qiegħed għal sena, u b’hekk jista’ jkun hemm ċertu serħan tal-moħħ. Iżda mill-ewwel wie¬ħed jista’ jsaqsi: U x’jiġri wara sena? Ilkoll nafu kemm Gver¬ni¬jiet differenti jużaw meto¬di ta’ ‘cre¬ative accounting’ biex jippos¬ponu dħul u nfieq għal skopijiet ul¬ter¬juri. Kif diġà għedt f’artikli pre¬ċe¬den¬¬ti f’l-orizzont, il-kwistjoni tad-dawl u l-ilma għandha tiġi kkon¬¬frontata bil-galbu u għand¬ha tkun ibbażata fuq riċerka soda.

Fuq bażi ta’ prinċipju, hija l-ħela li għandha tkun penalizzata u mhux il-konsum bażiku. Biex jiġi stabbilit x’inhu l-konsum ba¬żiku għandu jkun hemm studju xjen¬tifiku, li jinkorpora analiżi ekonomika u soċjoloġika fost oħ¬rajn, biex il-Gvern ikun jaf x’in¬huma l-ħtiġijiet ta’ individ¬wi, familji, kumpaniji u organiz¬zazzjonijiet ta’ daqs differenti.

B’hekk, il-kwistjoni tad-dawl u l-ilma ma tibqax waħda bba¬ża¬ta biss fuq kriterji ta’ ‘ac¬coun¬ting’, iżda tkun waħda li żżew¬weġ ir-realtajiet ekoloġiċi u eko¬no¬miċi ta’ pajjiżna mal-ġustizzja soċjali.

Minħabba limiti ta’ spazju, f’dan l-artiklu ma dħaltx fil-mer¬tu ta’ enerġija alternattiva (bħal dik tax-xemx u r-riħ), li żgur hi ċ-ċa¬vetta tal-futur għall- ener¬ġija sostenibbli. Dħalt biss fl-aspett tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma li kulħadd jirċievi mill-Enemalta, liema kontijiet huma eżempju ieħor tad-direz¬zjoni anti-soċjali li qed jieħu l-Gvern Nazzjonalista.

No comments: