Sociologist, local councillor, activist from Malta

Saturday, August 15, 2009

It-theddida tal-vot l-ahdar

Michael Briguglio

Zminijietna Lulju-Settembru 2009 www.zminijietna.org


L-ambjent sar protagonist fix-xena politika Maltija. Hemm hafna modi kif wiehed jista’ jhares lejn dan il-fenomenu. Per ezempju hemm min jemmen li hekk kif tevolvi s-socjeta, in-nies isiru iktar xjentifikament konxji ta’ realtajiet ambjentali u ghalhekk jiehdu l-passi necessarji biex insalvaw il-pjaneta. Hemm ukoll min qed ibiegh revizjonizmu storiku li qisu dawn l-ahhar snin twieled moviment ambjentalista minn vakum, u li qabel l-eroj tal-llum ma kien hemm xejn sinjifikanti f’dan il-qasam.

F’Malta qed jigi imbuttat hsieb li issa kull partit politiku sar ‘ambjentalista’ u ghalhekk, l-ambjent gie depoliticizzat…. Qisu m’hemmx poltika fl-ambjent, ghax hawn kunsens gdid li flimkien insolvu l-problemi.

Izda nemmen li l-istampa hija hafna iktar kumplessa minn hekk. Fir-realta’, il-politika ambjentali tezisti, u hi infuenzata minn fatturi varji.

Per ezempju, analizi ta’ kif tahdem il-MEPA tista’ twassal ghall-konkluzjoni li l-istat u l-ekonomija huma dipendenti fuq xulxin. L-istat jippromwovi interessi ekonomici sabiex ikun hemm tkabbir ekonomiku, filwaqt li interessi ekonomici bhall-dawk ta’ kumpaniji kbar jehtiegu l-appogg ta’ l-apparat ta’ l-istat sabiex jisfruttaw l-ambjent u b’hekk jaghmlu l-profitti. Dan jista’ jinkludi affarijiet bhall-ghoti ta’ permessi, bini ta’ infrastruttra bhal toroq u komunikazzjoni u anke’ ezenzjonijiet fiskali fost ohrajn.

Fatturi ohrajn li jinkludu l-politika ambjentali jinkludu krizijiet ambjentali bhal per ezempju zieda fit-tniggiz u mard; kif ukoll fatturi ohra bhas-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea; l-influenza ta’ Ministri partikolari f’Gvernijiet specifici; l-appogg popolari ghall-protezzjoni ambjentali; il-kapacita’ organizattiva u teknika ta’ l-istat; u l-influenza ta’ movimenti bhall-NGOs ambjentali u partiti politici.

Dan kollu ghandu jigi analizzat f’kuntest ta’ struttura globali kapitalista u ta’ opportunitajiet fejn jinholoq diskors gdid dwar l-ambjent fi sferi pubblici bhall-media. Jigifieri, tezisti djalettika bejn l-istrutturi ekonomici, socjali u ekologici, u r-realtajiet li jipprezentaw (per ezempju li z-zejt m’huwiex infinit) u l-kapacita’ tal-bniedem li jinterpreta u johloq kuxjenza u diskors dwar kif inharsu lejn kwistjonijiet ambjentali.

Minkejja li l-NGOs ambjentali jisthoqilhom kull ammirazzjoni u appogg, fl-ahhar mill-ahhar l-impatt taghhom ghandu l-limiti tieghu. Il-partiti politici l-kbar xorta ghandhom relazzjonijiet intimi ma kumpaniji kbar u interessi ekonomici, li jezercitaw influenza u pressjoni fuq id-decizzjonijiet u l-istrategiji tal-partiti. Certi kumpaniji huma sahansitra dejjem fil-Gvern, anke jekk konsistentament jiksru l-ligijiet u r-regoli ambjentali u jaghmlu xalata mill-fondi pubblici.

Barra minn hekk tezisti l-kwistjoni ta’ istituzzjonalizazzjoni. Hawnhekk, ghaqdiet igawdu minn rizorsi ta’ l-istat u jippartecipaw b’mod akbar fit-tehid ta’ decizzjonijiet ta’ l-istat dwar politika ambjentali. Izda fl-istess hin, jista’ jkun li ghaqdiet ‘jinbelghu’ fil-process u jkollhom jaghmlu kompromessi kbar biex ma jitilfux dak li ggwadanjaw.

F’dan il-kuntest li wiehed jista’ jara r-rwol essenzjali ta’ Alternattiva Demokratika fl-isfera politika Maltija.

Jekk l-AD tisparixxi, mhux biss jiehdu gost l-interessi li jibbenefikaw mill-qerda ambjentali, izda ukoll jiddghajfu l-NGOs ta’ l-ambjent. Dan ghaliex, il-Partiti l-kbar ma jibqax ikollhom il-biza’ li ser jitilfu l-vot ambjentalist ghall-AD. Peress li z-zewg partiti l-kbar jippruvaw joghgbu lill-Alla u x-xitan fl-istess hin, m’hemmx daqshekk differenza fuq politika ambjentali, u ghalhekk m’hemmx biza li xi NGO ser tibda tappoggja lil partit kbir iehor b’mod distint.

Fl-istess hin, f’kuntest bi-polari ta’ blu u ahmar, kull meta xi NGO tibda taghmel azzjoni kontra l-Gvern prezenti, ser tibda tidher li hi alleata tal-partit ta’ l-oppozizzjoni, li jipprova jahtaf kull opportunita’ kontra l-gvern tal-gurnata. Dan zgur li ma jriduhx numru ta’ NGOs li jridu jidhru ‘indipendenti’ u ‘awtonomi’ minn kull partit politiku. Ghalhekk, jista’ jkun li fuq medda ta’ zmien, NGOs jibdew jirtiraw minn azzjonijiet pubblici, ma jmurx jiccapsu ma naha jew ohra. Ghal darb’ohra, jissahhah il-poter tal-klassijiet dominanti li qed jeqirdu l-ambjent.

Minghajr l-AD, l-NGOs ta’ l-ambjent jitilfu l-‘bargaining power’ taghhom. Ma tibqax tezisti t-theddida tal-vot l-ahdar. Minghajr ma nnehhi l-mertu ta’ fatturi ohra bhal dawk imsemmijin iktar kmieni f’dan l-artiklu, irrid nenfasizza li kienet it-theddida tal-vot l-ahdar li wasslet ghal bosta kompromessi ambjentali li ghamel il-Gvern Nazzjonalista f’dawn l-ahhar snin.

Pass il-quddiem li qed naraw fl-influenza u tal-NGOs tista’ fl-ahhar mill-ahhar twassal ghal zewg passi lura fl-impatt reali tal-politika ekologika… u ghal din ir-raguni biss hemm il-htiega politika li Alternattiva Demokratika’ tibqa topera fil-vojt politiku li jezisti. Vojt li jezisti mhux biss fil-qasam ambjentali, izda wkoll f’oqsma socjali u ta’ drittijiet civili.

Dan huwa l-vojt radikali li jehtieg li jintela b’progett gdid ghall-Alternattiva Demokratika.

Sa dan it-tant, fuq nota inqas analitika izda iktar urgenti, nappella lil dawk li jemmnu li Alternattiva Demokratika ghandha tibqa’ timmilita fil-kamp politiku Malti, u li tkun attiva għall-ġustizzja soċjali, ġustizzja ambjentali u drittijiet ċivili, sabiex jagħti donazzjoni lill-partit. Dan jista’ jsir permezz ta’ ċekk lil: Alternattiva Demokratika, c/o Greenmantle, 36 Triq l-Għarbiel, Swieqi SWQ 3251, jew donazzjonijiet/‘standing orders’ fil-kont tal-Bank of Valletta 40015056960 . BANK BIC: VALLMTMT . IBAN MT47 VALL 2201 3000 0000 4001 5056 960

www.michaelbriguglio.com

No comments: