Dad, political sociologist, local councillor, drummer from Malta

Wednesday, May 20, 2009

Tfixkil mill-Awtoritajiet

minn Michael Briguglio, Kelliem ghall-Izvilupp Socjali u Ekonomiku, Alternattiva Demokratika

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=53596
L-Orizzont 20 ta’ Mejju 2009


L-elezzjonijiet għall-kunsilli lokali li se jsiru fis-6 ta’ Ġunju li ġej ma tantx qegħdin jingħataw impor¬tan¬za kbira fl-isfera pubblika. Bla dubju dan huwa relatat mal-fatt li se jkun hemm l-elez¬zjo¬ni¬jiet għall-Parlament Ewropew fl-istess ġurnata. Iżda jista’ jkun ukoll minħabba sentimenti ta’ fataliżmu li qed ninnota f’ħafna nies.

Jien ilni kunsiller fil-Kunsill Lokali f’Tas-Sliema mill-2003 u nittama li nerġa’ niġi elett fis-6 ta’ Ġunju! Qed ninnota li ħafna residenti qegħ¬din jaqtgħu qalbhom minn titjib fil-lokalità. Bla tlaqliq ngħid, li bosta awtoritajiet go¬ver¬nattivi għandhom ħafna x’jagħ¬tu f’dan ir-rigward. Se nġib xi eżempji relatati ma’ Tas-Sliema, iżda żgur li dawn jistgħu jiġu applikati għal lokalitajiet oħrajn.

Jekk nieħdu l-MEPA, wieħed jinnota n-nuqqas ta’ trasparenza u l-mod kif jittieħdu d-deċiż¬jo¬ni¬jiet li, iktar iva milli le, jif¬fa¬vorixxu lill-iżviluppaturi l-kbar. Biżżejjed wieħed jara t-trat¬ta¬ment taz-zokkor li ngħataw l-iż¬viluppaturi tal-MIDI f’Tignè, li qiegħda tesperjenza meta¬mor¬fosi kerha li saħansitra hija dif¬ferenti mhux biss minn dak li kien jeżisti qabel, iżda anke mill-pjani originali tal-proġett.

L-istess jingħad għall-iżvi¬lupp ta’ Fort Cambridge (fejn kien hemm il-Holiday Inn). Għal xi raġuni li hi biss taf x’inhi, il-MEPA kienet eżentat lill-iżvilup¬pa¬turi milli jagħmlu studju dwar l-impatt ambjentali, iżda mbagħad ġiet “imġiegħla” tbid¬del il-fehma tagħha mill-Unjoni Ewropea wara protesti mill-Al¬ter¬nattiva Demokratika, għaq¬diet non-governattivi u resi¬den¬ti. Madankollu, il-MEPA ħalliet lill-iżviluppatur jgħaddi mit-tieqa u eżentatu milli jagħmel stud¬ju dwar l-impatt soċjali, minkejja li l-Kunsill Lokali, l-AD u l-għaqdiet imsemmijin hawn fuq talbu dan. Tgħid għalfejn il-MEPA ħalliet dan isir? Forsi għax taf li fost ir-residenti hemm oppożizzjoni qawwija għall-proġett ta’ bini ta’ mostru ta’ 23 sular? Sadanittant il-Kunsill Lo¬kali tefa’ appell kontra dan l-iżvi¬lupp, iżda dan għadu ma ġiex ipproċessat mill-Bord tal-Appelli. Sadanittant, l-iżvilupp għad¬dej…

L-aktar manuvra riċenti mill-MEPA hi dik relatata mal-każ ta’ Villa Bonici, li hi waħda mill-aħħar ‘green areas’ f’Tas-Sliema. Qegħdin jiġu proposti madwar 23 blokka ta’ appartamenti, b’uħud ilaħħqu 12-il sular. Iżda m’hemm l-ebda regola tal-MEPA li tippermetti din il-proposta. Filfatt skont il-pjan lokali tal-lo¬kalità, żvilupp f’dan is-sit jir¬rikjedi ‘development brief’, iżda dan ma jeżistix. Minflok ma bagħtet lill-iżviluppatur lura (bħal¬ma tagħmel ma’ ċittadini komuni li jkunu jridu jagħmlu xi tieqa), il-MEPA xorta ħalliet lill-iżviluppaturi jipproponu dan l-iżvilupp! Bħalma jgħidu l-Ingliżi, “two weights, two measures”!

Xi ngħidu għall-Awtorità tat-Trasport? Il-Kunsill Slimiż ilu jistinka biex jiddaħħlu żoni ta’ parkeġġ għar-residenti għal bosta snin. Fil-fatt il-Kunsill għamel ix-xogħol kollu meħtieġ f’dawn l-aħħar sitt snin, fosthom analiżi tat-toroq kollha u konsultazzjonijiet mar-resi¬denti u man-negozji. Kulma jonqos issa huwa l-approvaz¬zo¬ni finali tal-Gvern permezz tal-Awtorità tat-Tras¬port. Iżda din se ddum eternità biex tiġi! X’qiegħda tistenna l-Awtorità biex tagħti l-appro¬vaz¬zjoni għal din il-proposta li tant hi bżonnjuża f’Tas-Sliema!

Imbagħad hemm is-suġġett tal-gwardjani lokali. Naħseb m’hemmx għalfejn ngħid wisq biex nikkonvinċi lir-residenti dwar il-faqar ta’ servizz li qed jin¬għata. Sfortunatament il-kun¬silli tilfu ħafna kontroll fuq dan il-qasam. Dan għax il-Gvern ta s-saħħa lil kumpanija privata li qiegħda tagħmel flus kbar minn dan il-qasam. Min¬flok servizz edukattiv u ta’ dix¬xiplina bżonnjuża, is-sistema tal-gwardjani lokali hija negoz¬ju. L-aqwa li qiegħda tikber l-ekonomija!

Minkejja dawn il-gambetti u oħrajn, il-Kunsill Lokali għamel bosta kisbiet għar-residenti Slimiżi fejn waqqafna bosta żvilupp milli jsir (bħal dak tax-Chalet u tal-Pjazetta) u anke daħħalna bosta prattiċi ġodda bħal konsultazzjoni pubbli¬ka.

F’dan ir-rigward, nistieden lill-għeżież qarrejja ta’ l-orizzont biex jaqraw ir-rendikont tiegħi bħala Kunsillier tal-Alternattiva Demokratika u l-proposti li għandi jekk nerġa’ niġi elett billi jżuru l-websajt http://sliema-malta.blogspot.com/2009/05/ad-manifesto-2009-sliema-local-council.html

No comments: