Sociologist, local councillor, activist from Malta

Sunday, May 17, 2009

Politika Ekologika ghall-Ewropa Socjali

Michael Briguglio
Zminijietna – Harga Jannar-Marzu 2009 www.zminijietna.org


Fadal ftit gimghat ghall-elezzjonijiet ghall-Parlament Ewropew. Jidher li ser ikun hemm iktar partiti politici li ser jikkontestaw. Bhalissa l-ikbar partit Ewropew huwa dak Popolari, segwit mis-Socjalisti, il-Liberali, il-Hodor, il-grupp Xellugi, l-Ewroxettici u l-Indipendenti rispettivament.

Hemm min jghid li l-Parlament Ewropew huwa sempliciment istituzzjoni fejn ippapuha numru ta’ politici f’istituzzjoni bla snien. Minn naha l-ohra, hemm min ipingi l-Parlament Ewropew bhala istituzzjoni li qed tahkem lill-popli Ewropew flimkien mal-Kummissjoni Ewropea!

Fir-realta, l-Unjoni Ewropea hija struttura kumplikata b’siti varji ta’ poter. L-ebda istituzzjoni – kemm il-Kummissjoni, il-Parlament u l-Kunsill tal-Ministri nazzjonali, m’ghandhom monopolju tal-poter, u kemm il-darba, jittiehdu decizzjonijiet ibbazati fuq kompromessi bejn interessi ekonomici, politici, nazzjonali u ohrajn. Fil-fatt hemm min jargumenta li din hija r-raguni ghalfejn l-UE tibqa’ tezisti u tikber. L-istutturi taghha stess jaghmluha difficli ferm li jittiehdu decizzonijiet ‘estremi’ lejn naha jew l-ohra. Barra minn hekk, l-UE tibbaza s-sahha taghha mhux fuq il-forza, izda fuq in-nuqqas ta’ azzjoni. Hadd m’hu mgieghel jidhol fl-UE, izda nuqqas ta’ shubija jew ftehim iwassal ghal nuqqas ghal access ghas-suq Ewropew u ghal hwejjeg ohra.

Fl-istess hin, huwa car li l-Unjoni Ewropea ghandha pressjonijiet ekonomici ta’ interessi kapitalisti kbar fuqha, u li fil-kuntest kurrenti hemm xaqliba iktar lejn il-Lemin.. Izda din ix-xaqliba tista’ tinqaleb lejn in-naha l-ohra….

Ghalhekk, rapprezentanza fil-Parlament Ewropew ghandha utilita’ politika, specjalment ghal partiti – bhall-Hodor – li huma bbazati fuq attivizmu mhux biss lokali u nazzjonali, izda ukoll globali. Bosta sfidi ekologici, ekonomici u socjali imorru lil’hinn mill-fruntieri nazzjonali, u ghalhekk jehtieg rispons xieraq.

Fil-fatt il-Hodor qed jemfassizzaw li l-UE ghandha jkolla rwol centrali biex tilqa sfidi globali li qed nesperjenzaw illum: il-krizi finanzjarja; il-krizi ta’ l-energija; il-krizi ta’ l-ikel…. Krizijiet li huma relatati ma’ l-effetti tal-kapitalizmu neo-liberali, u li jehtiegu rispons globali biex jigu meghluba….. Il-kaz ta’ l-Islanda – pajjiz zghir u hekk imsejjah ‘indipendenti’ u li issa qieghed gharkuptejh f’din il-krizi – huwa ezempju haj ta’ dan.

Fl-elezzjonijiet Ewropej, il-Hodor ser jenfassizzaw l’hekk imsejjah 'Green New Deal' bil-ghan li jinholqu miljuni ta’ impjiegi sostenibbli, f’setturi bhal dak ta’ l-enegija nadifa. Dan ikollu effett pozittiv lil’hinn minn industriji specifici, u ghandu appogg shih mill-kamp tredjunjonistiku. Bizzejjed wiehed jara l-pozizzjoni ta’ l-ETUC – il-konfederazzjoni ta’ l-Unjins tal-Haddiema Ewropej - dwar dan.
Iktar minn qatt qabel, qed naraw li l-ekologija ghandha rwol centrali fis-socjeta’.

Hassieba Hodor bhal Alain Lipietz janalizza dan billi jghid li l-hsieb ekologiku zied l-aspett ta’ responsabilita’ lejn generazzjonijiet futuri flimkien ma’ l-aspetti ta’ awtonomija u solidarjeta’, liema aspetti kienu diga’ jitkellmu fuqhom ideologiji ohrajn.

Ohrajn bhal James O’Connor jargumentaw li qeghdin nghixu t-tieni kontradizzjoni tal-kapitalizmu.

L-ewwel kontradizzjoni ghandha x’taqsam mal-qasma klassika bejn il-kapital u l-klassi tal-haddiema, liema qasma giet imtaffija bil-holqien tal-welfare state. Iktar ma jmur, l-istess welfare state, isir iktar insostenibbli u jkollu iktar diffikultajiet biex isolvi l-kontradizzjonijiet tal-kapitalizmu, specjalment minhabba iktar piz finanjarju li jirrizulta minn bidliet socjali u iktar htigijiet kawza ta’ effetti bhall-qghad. Din twassal ghall-‘krizi fiskali ta’ l-istat’. L-ewwel kontradizzjoni hija relatata ukoll mal-produzzjoni zejda fil-kapitalizmu, li jgib mieghu skossi ekonomici u socjali kbar… Il-krizi finanzjarja kurrenti huwa ezempju ta’ dan.

It-tieni kontradizzjoni ghandha x’taqsam mal-effett ekologiku, fejn l-industrija kapitalista tibda’ teqred dak li hu mehtieg ghall-kontinwazzjoni taghha stess. Ezempju mill-iktar car huwa t-tibdil fil-klima – li hafna minnu huwa rizultat ta’ produzzjoni u konsum zejjed, b’effetti devastanti fuq postijiet tax-xoghol, postijiet fejn jghixu n-nies u industriji shah.

Analizi ta’ dan it-tip turi kif il-politika Hadra – li hi msejsa fuq ir-rabta bejn l-ekologika, l-ekonomija u s-socjeta’ - hija fuq quddiem biex tiddefendi d-drittijiet tal-haddiema, ta’ komunitajiet lokali, u ta’ dawk l-iktar vunnerabbli.

Il-Hodor huma l-oppost tal-politika tal-lemin estrem, liema politika qieghda thedded il-kisbiet li ghamlu l-haddiema u gruppi tas-socjeta’ civili tul is-snin. In-nazzjonalizmu ta’ dawn il-partiti mhux biss huwa xenofobiku u razzist, izda ukoll huwa kontradittorju. Bizzejjed wiehed isemmi l-kwistjoni ta’ l-immigrazzjoni illegali. L-ebda partit tal-Lemin Estrem m’hu ser jaqbel ma’ iehor ta’ l-istess ideologija fuq qsim ta’ responsabilita’ bejn il-pajjizi, ghas-simplici fatt li huma jaraw biss l-interess dejjaq ta’ pajjizhom! Ghalhekk, l-ebda partit tal-Lemin Estrem Ewropew m’hu ser jaqbel, per ezempju, li pajjizhom jaccetta r-responsabilita’ ghall-immigranti li qeghdin f’Malta kontra r-rieda taghhom.

Ghall-kuntrarju ta’ dan, il-Hodor kemm il-darba tkellmu favur ir-revizzjoni tat-Trattat ta’ Dublin sabiex ikun hemm qsim gust ta’ responsabilita’ bejn il-pajjizi Ewropej fil-kwistjoni ta’ l-immigrazzjoni.

Il-Hodor jipprezentaw alternattiva ghall-estremizmu u l-minnaccja tal-Lemin Estrem… Ghall-kuntrarju ghandhom politika li thares il-quddiem, b’vizjoni ta’ sostenibilita u solidarjeta’ fl-Ewropa u lil’hinn Minna.

No comments: