Dad, political sociologist, local councillor, drummer from Malta

Wednesday, April 22, 2009

Manifest b’ruħ soċjali

minn Michael Briguglio – Kelliem ghall-Izvilupp Socjali u Ekonomiku, Alternattiva Demokratika

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=52850
L-Orizzont 22 ta’ April 2009


Fil-jiem li għaddew, il-membri ta’ Alternattiva Demokratika approvaw il-manifest elettorali tal-Partit għall-Elezzjonijiet għall-Parla¬ment Ewropew, li se jseħħu fis-6 ta’ Ġunju li ġej.

Personalment, kelli rwol ewlieni fil-formulazzjoni tal-manifest, peress li mexxejt kumitat tal-AD, li ġie maħluq għal dan il-għan speċifiku. Kien hemm bosta proposti mill-membri tal-kumitat u minn fergħat oħrajn tal-Alternattiva, fosthom il-Kumitat Eżekuttiv, il-Kumitat Reġjonali ta’ Għawdex u AD Żgħażagħ. Tul ix-xhur li għaddew, saru ukoll bosta laq¬għat ma’ għaqdiet tas-soċjetà ċivili – inkluż il-GWU – u smaj¬na b’attenzjoni l-proposti varji ta’ dawn l-għaqdiet. L-aħħar u mhux l-inqas, fil-Laqgħa Ġenerali dwar il-manifest, kien hemm bosta proposti li wasslu għall-irfinar tal-manifest.

Il-manifest huwa maqsum f’disa’ kapitli, li jkopru l-bżonn ta’ leħen ieħor għal Malta fil-Parlament Ewropew; l-immg¬raz¬zjoni; l-ekoloġija; il-politika soċjali; id-drittijiet tal-konsu¬matur; il-familja; il-kultura u l-innovazzjoni; Għawdex; u d-demokrazija u s-soċjetà ċivili.

F’dan l-artiklu nixtieq niffoka fuq il-proposti ta’ Alternattiva Demokratika għal Ewropa soċjali. Qabel xejn, tajjeb li jiġi emfasizzat li l-Ħodor Ewropej qegħdin fuq quddiem fil-qasam ta’ politika soċjali, li għandha l-għan li twassal għal soċjetà aktar ugwali u inklussiva.

Din tirrikjedi politika bil-għan li jittaffew l-effetti negattivi tal-kriżi ekonomika attwali, sabiex jitħarsu gruppi bħall-anzjani, il-familji li għadhom jibdew, u ħaddiema li qegħdin jissugraw li jitilfu xogħolhom.

F’dan ir-rigward, AD qiegħda tagħti priorità għall-ħolqien ta’ opportunitajiet u kundizzjonijiet ta’ xogħol aħjar f’Malta u fl-Ewropa. Il-Ħodor qegħdin jip¬proponu Patt Ekonomiku u Ekoloġiku ġdid li se joħloq miljuni ta’ impjiegi f’oqsma bħall-enerġija alternattiva, it-trasport, l-agrikoltura, u l-immaniġġjar tal-iskart.

Il-Ġnus Magħquda, l-unjins tal-ħaddiema u l-assoċjazzjo¬nijiet ta’ min iħaddem, kemm f’Malta kif ukoll fl-Unjoni Ewropea, qegħdin jappoġġaw is-sejħa għall-ħolqien ta’ Im¬pjiegi Ekoloġiċi, speċjalment meta ħaddiema ta’ livelli varji (bħal dawk professjonali, am¬ministrattivi u tekniċi) jistgħu jgawdu minn din il-politika f’setturi bħall-manifattura, ser¬vizzi, turiżmu, IT, edukazzjoni u riċerka.

AD qiegħda tippromwovi ukoll politika kontra l-impjiegi prekarji u l-isfruttament, li qegħ¬din jaffettwaw bosta kategoriji ta’ ħaddiema, fosthom il-ħaddiema żgħażagħ, l-anzjani, in-nisa u dawk il-ħaddiema li għandhom familja x’jieħdu ħsieb. AD qiegħda tippromwovi ukoll politika favur il-kummerċ ġust u strutturi koperattivi, peress li dawn iżidu l-ġustizzja soċjali fl-isfera ekonomika.

F’dak li għandu x’jaqsam max-xogħol u l-familja, nem¬mnu li biex ikun hemm sehem akbar tan-nisa fis-suq tax-xogħol, teħtieġ politika soċjali li tippromwovi l-bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol, fejn in-nisa u l-irġiel jieħdu sehem attiv, sew fix-xogħol, u sew fil-ħajja tal-familja.

Politika soċjali Ewropea teħtieġ ukoll il-ħarsien soċjali ta’ gruppi vulnerabbli u gruppi li jeħtieġu attenzjoni speċjali. Il-ħarsien tad-drittijiet tal-bnie¬dem huwa essenzjali f’dan ir-rigward.

Lil ’hinn mill-proposti dwar politika soċjali fil-manifest ta’ AD, tajjeb wieħed jinnota kif tul dawn l-aħħar xhur, Alternattiva Demokratika ħadet pożizzjoni¬jiet politiċi ċari li juru tassew l-emfasi li l-partit jagħti lill-po¬litika soċjali bbażata fuq il-ġus¬tizzja soċjali u l-ugwaljanza. Biżżejjed wieħed jara s-soli¬darjetà li AD uriet ma’ ħaddie¬ma varji, fosthom tat-Tarzna, tal-ST Microelectronics, u oħrajn, bħal dawk li b’sens ta’ solidarjetà għażlu li jaħdmu ‘4-day-week’ biex ħadd minn sħabhom ma jitlef xogħlu.

AD kienet ukoll fuq quddiem fis-sejħa għal żieda fil-paga minima u kumpens xieraq għall-għoli tal-ħajja. Fuq kollox, ap¬poġġajna, u nibqgħu nappoġ¬ġaw lill-unjins li – fi kwistjonijiet bħal dik tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma – mhux biss qegħdin jid¬de¬fendu l-interessi tal-ħaddie¬ma membri tagħhom, iżda qegħ¬¬din isemmgħu l-leħen ta’ eluf ta’ ċittadini li bħala konsu¬maturi ma jifilħux għall-piżijiet ġodda.

Il-manifest għall-Elezzjo¬nijiet tal-Parlament Ewropew ta’ Alternattiva Demokratika jista’ jinqara online f’http://www. alternattiva.org.mt/filebank/documents/Manifest/PE2009/Malti.pdf

No comments: