Sociologist, local councillor, activist from Malta

Wednesday, March 25, 2009

Immigrazzjoni u realizmu

minn Michael Briguglio
Kelliem ghall-Izvilupp Socjali u Ekonomiku – Alternattiva Demokratika

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=52099
L-Orizzont 25 ta’ Marzu 2009


Il-partiti politiċi kollha f’Malta qegħdin jirriko¬noxxu li l-kwistjoni tal-immigrazzjoni illegali teħtieġ li tingħata prijorità. Fis-soċjetà ċivili ukoll huma bosta li qegħdin juru t-tħassib tagħhom. Stħarriġ soċjoloġiku riċenti jikkonferma li l-kwistjoni tal-immigrazzjoni illegali hija waħda mill-iktar kwistjonijet li qiegħda tħasseb lill-faxex varji tal-poplu Malti.

Fl-istess ħin, iżda, hemm min qed jitkellem b’mod fejn qisu dak li tgħid xi għaqda barranija fir-rigward ta’ Malta għandu jingħata kull attenzjoni u fl-istess ħin ninjoraw it-tħassib li qed jesperjenza l-poplu Malti, minn residenti ta’ lokalitajiet bħal Birżebbuġa sa ħaddiema li qegħdin jaraw xogħolhom jingħata lil ħaddieħor li jit¬ħaddem illegalment u b’kundizzjonijiet miżeri.

Bħala attivist li nimmilita fil-kamp ekoloġiku u xellugi, nem¬men fil-valuri tal-ġustizzja soċjali u s-solidarjetà. Iżda bħala soċjologu naf li dawn il-valuri jridu jiġu implimentati f’kuntest soċjali reali, u mhux fid-dinja tal-ħolm.

Ma naħsibx li eluf ta’ Maltin huma “razzisti” jew “injoranti” għax jaħsbu li hawn problema u għax jixtiequ li l-legalità tiġi rispettata iktar. Għall-kuntrarju, nemmen li għandna naraw x’qed iħasseb lill-Maltin u naraw x’politika tista’ tiġi adottata f’dan ir-rigward.

Huwa fatt li, bħala pajjiż żgħir fil-fruntiera tal-Unjoni Ewro¬pea, Malta qiegħda tirċievi am¬mont sproporzjonat ta’ immig¬ranti illegali, u dan jista’ jkollu implikazzjonijiet bħal dawk ekonomiċi u kulturali li mhux bilfors ikunu pożittivi. Per eżempju, dan jista’ jwassal għal żieda fl-isfruttar tal-ħaddiema bħalma semmejt iktar kmieni, u f’xi ċirkostanzi, l-introduz¬zjoni ta’ prattiċi kulturali li mhumiex dejjem ikunu aċċettabbli f’pajjiżna.

Malta għandha jkollha vuċi ferm iktar soda fl-Unjoni Ewropea dwar din il-kwistjoni, kemm f’dak li għandu x’jaqsam ma’ qsim ġust tan-numru ta’ immigranti fil-pajjiżi Ewropej, kif ukoll f’dak li għandu x’jaqsam ma’ pressjoni fuq il-Libja biex din tikkopera dwar il-kwistjoni.

F’pajjiżna għandu jkun hawn politika iktar ħarxa kontra dawk li jimpjegaw lill-ħaddiema illegalment u kontra dawk li qegħdin jittraffikaw lin-nies b’mod klandestin. Għandu jkun hawn ukoll politika edukattiva li twassal għal iktar solidarjetà u integrazzjoni bejn nies ta’ kulturi differenti, fl-isfond tal-kulturi li jikkaratterizzaw is-soċjetà Maltija.

Ta’ min jgħid li l-Partit tal-Ħodor Ewropej qiegħed jagħmel pressjoni biex fl-Unjoni Ewropea jkun hemm qsim ġust ta’ responsabbiltà bejn il-pajjiżi Ewropej. Kien proprju ftit tax-xhur ilu li Jean Lambert, Mem¬bru tal-Parlament Ewropew f’isem il-Ħodor, saħqet li l-ħtiġijiet ta’ pajjiżi u gżejjer jeħtieġu attenzjoni ikbar mill-Unjoni Ewropea. Fl-istess ħin, partiti bħal dawk tal-Lemin Estrem huma kontra dan… L-ebda partit tal-Lemin Estrem Ewropew mhu se jaqbel, per eżempju, li pajjiżhom jaċċetta r-responsabbilità għall-immig¬ranti li qegħdin f’Malta kontra r-rieda tagħhom!

Il-kwistjoni tal-immigrazzjoni illegali teħtieġ ukoll iktar djalogu bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar, u f’dan ir-rigward, ikun fl-interess ta’ kulħadd li jkun hemm koperazzjoni ikbar fuq sfond Ewro-Mediter¬ranju.

Fl-aħħar mill-aħħar, żvilupp soċjo-ekonomiku ġust fil-pajjiżi minn fejn ġejjin bosta immigranti jista’ jwassal għal inqas inċentiv biex dawn jitilqu minn pajjiżhom għat-tfittxija ta’ ħajja aħjar.

No comments: