Dad, political sociologist, local councillor, drummer from Malta

Saturday, November 22, 2008

Bagit f'Zewg Kapitli

Michael Briguglio
Kelliem ghall-Izvilupp Socjali u Ekonomiku, Alternattiva Demokratika

Illum 16 ta’ Novembru 2008


Il-bagit ta’ din is-sena qisu kien ktieb b’zewg kapitli. Kapitlu minnhom kien fih dak li jistenna qarrej meta jkun jaf l-awtur partikolari. Izda l-kapitlu l-iehor kien fih element ta’ sorpriza, izda wahda li halliet toghma qarsa. Dan il-kapitlu, li jismu ‘il-kwistjoni tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma’ jidher li gie miktub bi traskuragni u b’nuqqas ta’ attenzjoni lejn dak li stennew il-qarrejja.

Filfatt, il-kwistjoni tad-dawl u l-ilma gabet thassib qawwi fl-isferi ekonomici, politici u socjali, fejn waslet ghall-kritika minn kull qasam tas-socjeta’. Sahansitra waslet ghall-alleanza storika bejn l-unjins tal-haddiema, li kitbu pagna gdida fl-istorja permezz ta’ dimostrazzjoni kongunta.

Il-General Workers’ Union jisthoqqilha kull appogg talli li ma bezghatx tiehu r-riskju li tohrog ghonqa u l-istess jista’ jinghad ghall-unjins l-ohra, fosthom l-MUT, UHM, CMTU, MUBE u l-unjin ta’ l-infermiera u l-qwiebel talli urew maturita’ politika kbira u hatfu l-okkazzjoni storika billi laqghu l-istedina tal-GWU.

Huwa car li fil-kwistjoni tad-dawl u l-ilma, il-Gvern ma tax kas tal-vucijiet mis-socjeta’ civili. Din il-kwistjoni qed tiddomina x-xena, u tezisti incertezza kbira fl-oqsma socjali u ekonomici, minn postijiet tax-xoghol sa familji minn klassijiet socjali differenti.

Wiehed ghandu japprezza l-fatt li l-ekonomija Maltija m’hijiex izolata mill-krizi ekonomika globali. Izda dan ma jiskuzax lill-Gvern milli jikkonsulta sew mas-socjeta’ civili. Wiehed jistenna li jigu analizzati b’mod xjentifiku r-realtajiet specifici ta’ familji, organizazzjonijiet u negozji differenti. Il-kontijiet ghandhom jippenalizzaw il-hela u mhux il-konsum normali. Min jahli m’ghandux ikun imfissed, izda min jikkonsma b’mod ragjonevoli m’ghandux jigi imsawwat!

Lil’hinn mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma, tajjeb li wiehed jara l-kapitlu l-iehor tal-bagit, dak li gie moqri mill-Ministru Tonio Fenech f’Jum il-Bagit.

Jekk niehdu t-tnaqqis fit-taxxa fuq id-dhul, dan ser isir mod rigressiv. Dawk b’dhul baxx-medju jew medju huma l-inqas li ser jibbenefikaw. Dan jinhass ukoll f’dak li ghandu x’jaqsam mal-kumpens ghall-gholi tal-hajja, fejn haddiema, pensjonanti u ohrajn jisthoqqilhom kumpens iktar realistiku biex ipatti ghaz-zidiet fl-gholi tal-hajja u t-tnaqqis fil-valur reali tal-pagi u pensjonijiet.

F’dan il-bagit, il-Gvern rega’ habbar pakkett ta’ incentivi biex ihajru iktar nisa li jidhlu fid-dinja tax-xoghol formali, fejn Malta ghandha l-iktar rata baxxa fl-Unjoni Ewropea. Minkejja li l-inizjattivi tal-Gvern huma pozittivi, dawn ma jolqtux il-musmar fuq rasu. Li tehtieg Malta hi politika socjali li tibbilancja x-xoghol mal-familja b’mod ekwitabbli. Chilcare centres accessibli u affordabbli ghal kulhadd, kundizzjonijiet ta’ xoghol ahjar, sieghat ta’ xoghol flessibli b’ghazla tal-haddiem, u politika li tghin lill-genituri huma essenzjali f’dan ir-rigward.

L-iskema li tghin lil min ser jixtri l-ewwel dar hija pozittiva ukoll, izda din ghandha tkun iktar accessibli b’mod universali, filwaqt li tkun akkumpanjata b’incentivi u dizincentivi fiskali biex jinkoragixxu l-kiri tal-propjeta u l-ispekulazzjoni rispettivament. Ta’ min ifakkar li bhal’issa hemm 53,000 propjeta vojta f’Malta.

Ghandu jkun car jekk l-iskema tal-housing hijiex ser tkun accessibli mhux biss ghall-koppji zghazagh, izda ukoll ghal gruppi socjali bhal dawk dehlin f’eta’ pensjonabbli u li m’humiex sidien ta’ darhom, li jista’ jkollhom problemi kbar biex ilahhqu mal-prezz tad-djar.

Huwa pozittiv li l-bagit jinkludi inizjattivi favur energija alternattiva bhal dik tax-xemx. Izda hafna nies probabilment xorta mhux ser ilahhqu mal-ispiza kapitali mehtiega. Ohrajn m’ghandhomx access ghal din l-energija, per ezempju jekk jghixu f’appartamenti, minhabba li m’ghandhomx access ghall-bejt hlief ghal tank ta’ l-ilma.

Kien ikun pass ghaqli li kieku l-Gvern ivvota ammont ta’ flus ghall-investiment pubbliku dirett fl-energija tax-xemx, nghidu ahna ghall-installazzjoni ta’ pannelli fuq bini pubbliku bhall-dipartimenti tal-Gvern u skejjel. F’dak li ghandu x’jaqsam ma’ l-energija tar-rih, ikun tajjeb jekk il-Gvern jispjega b’mod iktar car x’inhuma l-implazzjonijiet u l-kundizzjonijiet (kemm jekk pozittivi u kemm jekk le) marbuta tal-fatt li ser ikun hemm investiment privat f’dan il-qasam.

Qasam iehor li qajjem kontroversja hija l-iskeda gdida tar-registrazzjoni tal-karozzi. Ma niddejjaqx nghid li huwa tajjeb li pajjizna ser ikollu skema li tippremja karozzi nodfa u tippenalizza karozzi li qed jimluna bi dhahen velenuzi. Izda dan m’ghandux iwassal ghal nuqqas ta’ access ghat-trasport ghall gruppi socjali li ma jaffordjawx jixtru karozza gdida, u ghalhekk tehtieg politika cara biex tilqa’ ghal dan. Fost ohrajn, ir-riforma fit-trasport pubbliku hija neccessarja iktar minn qatt qabel.

Il-bagit jinkludi ukoll numru ta’ proposti ekonomici u socjali ohrajn li huma pozittivi, fosthom iz-zidiet fl-investiment fit-turizmu, fil-glieda kontra l-kancer tas-sider, u fir-ricerka. Huwa tajjeb ukoll li ser ikun hemm iktar obbligi – bhal xoghol fil-komunita’ - ghal min ilu jirregistra ghal hames snin. Dan jista’ jwassal ghar-re-integrazzjoni ta’ persuni fid-dinja tax-xoghol formali.

Nerga’ nsostni li analizi serja tal-bagit taghti importanza lill-fatt li d-dinja ghaddejja minn xokkijiet ekonomici kbar. Izda, fl-istess hin, l-impozizzjoni goffa tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma zgur li mhux ser tghin biex Malta tilqa’ ghal dawn ix-xokkijiet.

No comments: