Dad, political sociologist, local councillor, drummer from Malta

Sunday, October 05, 2008

Sfidi ghall-GWU

Michael Briguglio

Kontribuzzjoni f'suppliment ta' It-Torca (5-10-08) f'gheluq il-65 anniversarju tal-GWU.

Hekk kif il-General Workers’ Union qieghda ticcelebra l-annivesarju taghha tajjeb li wiehed ifakkar il-kisbiet ta’ din l-unjin ghall-klassi tal-haddiema. Bizzejjed wiehed isemmi li din l-unjin kienet protagonista fil-kostruzzjoni tal-welfare state Malti, liema welfare state ghen biex il-haddiema Maltin ikollhom dinjita’ u jirbhu bosta drittijiet. Izda f’din il-kontribuzzjoni jien nixtieq niffoka fuq il-futur tal-GWU, specjalment jekk il-GWU ghandha tibqa’ mutur ewlieni ghall-kisbiet tal-haddiema f’Malta.

Il-General Workers’ Union ghandha taddatta ghall-bidliet ekonomici, politici u socjali f’Malta, liema tibdil ghandu impatt qawwi fuq id-dinja tax-xoghol. L-ekonomija Maltija ghadejja minn tibdil qawwi fejn fost affarijiet ohra, qed jikbru l-oqsma tas-servizzi u fejn il-manifattura m’ghandiex id-dominanza li kellha xi snin ilu.

Il-klassi tal-haddiema ghadha tezisti bhala klassi universali, u jezisti sfruttar kbir f’oqsma varji, specjalment fix-xoghol prekarju li qieghed jizdied. Izda fl-istess klassi hemm pluralita’ shiha ta’ kategoriji socjali u ta’ xogholijiet partikolari. Hemm haddiema full-time fis-settur pubbliku u ohrajn fis-settur privat. Hemm haddiema part-time u ohrajn fuq kuntratt. Hemm haddiema zghazagh u ohrajn anzjani. Hemm maggoranzi bhall-haddiema irgiel, izda hemm ukoll minoranzi kbar bhall-haddiema nisa, u ohrajn zghar bhall-haddiema omosesswali, transesswali, ex-prigunieri u b’dizabilita’. Unjin li ghandha appell popolari, ghalhekk, ghandha taghraf dawn ir-realtajiet strutturali bil-ghan li l-ugwaljanza u l-inkluzjoni socjali ikunu fuq l-agenda socjali tal-pajjiz flimkien ma’ prioritajiet ekonomici bhall-produttivita’.

Izda jezistu wkoll realtajiet li ghandhom x’jaqsmu ma’ l-percezzjonijiet u l-aspriazzjoni ta’ l-individwi. F’socjetajiet moderni, in-nies huma influenzati minn ideologiji dominanti li jimbottaw stili ta’ hajja bhall-konsum. Izda fl-istess hin, l-individwi huma riflessivi u kapaci jaghmlu l-ghazliet taghhom. Il-haddiema jista’ jkollhom interessi komuni, izda dan ma jfissirx li l-haddiema huma ta’ fehma wahda. Ricerka socjologika f’Malta turi li n-nies ihalltu valuri ‘materjalisti’ u dominanti bhall-paga u s-sigurta ma’ dawk ‘post-materjalisti’ bhad-drittijiet ta’ l-individwu u l-ghazla, u fejn fl-istess persuna, l-identita’ tal-haddiema hija identita’ wahda fost ohrajn, li jinkludu ukoll identitajiet li ghandhom x’jaqsmu ma’ konsum, politika, familja, twemmin, u ohrajn.

Ghalhekk, unjin li tappella ghall-masses ta’ haddiema ma’ tistax tassumi li kull haddiem ghandu l-istess aspirazzjonijiet. Fiz-zminijiet tal-llum, l-unjins ghandhom sfida biex jghaqqdu l-interess kollettiv tal-haddiema mal-aspirazzjonijiet individwali ta’ kull haddiem.

Apparti r-realtajiet socjologici li semmejt hawn fuq, nixtieq nitkellem ukoll dwar ghazliet politici li l-GWU ghandha quddiema. Nahseb li l-Unjin ghandha tkun miftuha iktar ghall-pluralizmu politiku, kemm fi hdanha kif ukoll fir-relazzjonijet esterni taghha. L-ezigenzi politici tal-llum huma differenti minn dawk tas-sebghinijiet, fejn socjetajiet moderni huma karatterizzati minn diversita’ ikbar fis-socjeta’ civili. Politikament, dan qed jigi rapprezentat mill-fatt li zdiedu bosta ghaqdiet u movimenti li jitkellmu fuq temi bhall-ekologija u drittijiet civili. Hawn min jahseb li temi bhall-dawn forsi m’humiex relatati max-xoghol. Izda altru minn hekk! Jekk wiehed jitkellem dwar l-ekologija, malajr jara x’relazzjoni hemm max-xoghol, f’affarijiet bhall-holqien ta’ impjiegi f’oqsma bhall-energija. Hija xi haga ta’ l-iskantament kif f’pajjizna ghandna haddiema ta’ sengha u klima Mediterranja, izda m’ghandiex produzzjoni ta’ solar panels!

L-ekologija hija relatata max-xoghol ukoll f’affarijiet immedjati bhall-prezz li qed ihallsu l-haddiema ghall-konsum ta’ l-elettriku u mad-dhahen u perikli ohra li jiffaccjaw ta’ kuljum il-haddiema. Fuq ta’ l-ewwel, tajjeb li jigi emfasizzat, li per ezempju, s-surcharge ghandu jippenalizza l-hela u mhux il-konsum baziku. Dan huwa qasam li l-GWU verament missha tidhol ghalih sabiex jinstabu soluzzjonijiet kemm immedjati kif ukoll iktar fit-tul ghal xoghol u kwalita’ ta’ hajja ahjar tal-haddiema. Ghalhekk tajjeb li jigu mixtqarra l-possibilitajiet ta’ alleanzi ma’ ghaqdiet attivi f’dan il-qasam.

Jehtieg ukoll li l-GWU tiggieled il-percezzjoni li ghandha xi rabta privileggjata mal-Partit Laburista. Ma rridx ninftiehem hazin. Kif diga’ ghedt, il-Moviment tal-Haddiema bena l-welfare state Malti fis-sebghinijiet, fost kisbiet kbar ohra. Izda zbalji saru ukoll, u z-zwieg bejn l-Unjin u l-Partit inhall, avolja kultant jidher li xorta hemm relazzjoni intima. Il-pozizzjoni li kienet hadet l-Unjin fil-kwistjoni ta’ shubija ma’ l-UE hija xhieda ta’ dan, u l-unjin tilfet xi kredibilita’ minhabba ma kategoriji ta’ nies li huma iktar ‘awtonomi’ mill-politika tradizzjonali. Ghalhekk, filwaqt li nara xi haga naturali li unjins u partiti tax-xellug ikunu alleati ma’ xulxin f’kwistjonijiet varji, dan m’ghandux ifisser li l-partijiet ghandhom ikunu qishom struttura wahda monolitika.

Tajjeb ukoll li l-GWU tinvolvi ruhha iktar f’alleanzi globali, specjalment meta Malta hija membru ta’ l-UE. Jekk l-ekonomija u l-interessi ta’ l-industrija qed jahdmu b’mod globali, allura l-istess ghandu jsir f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ l-interessi tal-haddiema. Kien hemm kazijiet meta l-Unjin ghamlet dawn it-tip ta’ alleanzi, izda tajjeb li dawn ikunu iktar organici u konsistenti. Il-haddiem Malti ghandu x’jigwadanja minn dan kollu! Izda dan m’ghandux ifisser li l-politika nazzjonali tintesa!

U hawnhekk wiehed bilfors irid isemmi sfida kbira li ghandha quddiema mhux biss il-GWU, izda kull unjin ohra f’Malta – il-holqien ta’ Trade Union Council. Sabiex l-interessi u d-drittijiet tal-haddiema jistghu jigu promossi permezz ta' moviment kollettiv, u mhux permezz ta’ unjins li hafna drabi huma karatterizzati minn firda. L-unjins lesti jkollhom kuragg u jahdmu ghal dan il-ghan?

Tajjeb ukoll li l-GWU tinvolvi ruhha iktar f’proposti f’affarijiet bhall-edukazzjoni u t-tahrig tal-haddiema, sabiex jigi zgurat li filwaqt li dan isehh sabiex il-haddiema jaddattaw ghar-realtajiet tal-llum, l-istess haddiema jigu zgurati li jkollhom dinjita’. Il-haddiema huma protagonisti u mhux numri!

Minn qalbi nawgura futur mill-isbah lill-General Workers’ Union, u lill-haddiema, fil-holqien ta’ socjeta’ ahjar.

No comments: