Sociologist, local councillor, activist from Malta

Friday, September 12, 2008

Il-paga minima ghandha tizdied

Michael Briguglio – Kelliem ghall-Izvilupp Socjali u Ekonomiku - Alternattiva Demokratika

https://www.uhm.org.mt/article_item.aspx?id=91410


Studju ricenti tal- European Industrial Relations Observatory juri li l-paga minima ta’ Malta, li tammonta ghal Ewro 601.90 fix-xahar, qieghda x’imkien fin-nofs fost il-membri imsiehba fl-Unjoni Ewropea

Din il-figura ma tistax jigi analizzat wahidha. Wiehed ghandu jara fatturi ohra, fosthom il-fatt li l-gholi tal-hajja f’pajjizna qed tibqa’ tizdied. Iz-zieda ta’ 5.6% fl-inflazzjoni ta’ Malta hija l-oghla f’ghaxar snin u z-zieda rregistrata bejn Gunju u Lulju ta’ din is-sena hija l-oghla wahda fiz-zona Ewro. Dan qed iwassal f’pizijiet kbar fuq kategoriji differenti ta’ haddiema u l-familji taghhom. Filfatt, l-ahhar stharrig ta’ l-Eurobarometer juri li l-iktar kwistjoni importanti ghall-Maltin hija l-gholi tal-hajja.

Ghalhekk, jehtieg pakkett ta’ riformi li jaghmlu tajjeb ghal dawn il-pizijiet. Fost affarijiet ohra, tajjeb li ghall-bagit li jmiss tigi kkunsidrata zieda fil-paga minima. Tajjeb ukoll li l-Gvern jikkonsidra sew jekk il-metodologija li qed tintuza biex jigi mkejjel il-kumpens ghall-gholi tal-hajja huwiex adekwat, kif ukoll li jigu kkunsidrati krediti ta’ taxxa bhala kumpens ghall-gholi tal-hajja.

Il-Gvern jista’ jaddotta mizuri sabiex jara li zieda fil-paga minima u riformi simili ma jkollhomx impatt negattiv fuq il-kompettitivita’ ta’ pajjizna. Ibda biex, il-Gvern jista’ jaghmel l-almu tieghu biex l-industrija u n-negozji jonqsulhom spejjez mhux essenzjali u mhux relatati mal-pagi, bhal m’huma spejjez relatati ma’ burokrazija zejda u anke mizuri fiskali.

Bhal m’hu l-kaz f’numru ta’ pajjizi ohrajn, Malta tista’ zzid il-kompettitivita’ permezz tas-snajja u l-professjonalita’ tal-haddiema, l-innovazzjoni, u flessibilita’ diment li din zzidx l-isfruttar. Fl-ahhar mill-ahhar dan jista’ jgib mieghu iktar produttivita’, iktar pagi gholjin u iktar investiment.

Alternattiva Demokratika hija l-uniku partit li qed tipproponi zieda fil-paga minima, u din ser tkun wahda mill-proposti centrali ghall-bagit li jmiss flimkien ma’ proposti ohrajn bhal dawk imsemmija f’dan l-artiklu. Il-valur reali tal-paga tal-haddiema huwa fattur li jisthoqlu l-attenzjoni mehtiega.

No comments: