Dad, political sociologist, local councillor, drummer from Malta

Friday, August 15, 2008

In-nies fix-xoghol

Michael Briguglio

Artiklu fil-website tal-UHM - 13 ta' Awissu, 2008
https://www.uhm.org.mt/article_item.aspx?id=87116

Il-Labour Force Survey ta’ l-Unjoni Ewropea ghas-sena 2007 juri li ghal darba ohra Mata regghet ghandha r-rata l-iktar baxxa ta’ nies fix-xoghol fl-Unjoni Ewropea, jigifieri ta’ 55.7%. Il-medja Ewropea hija ta’ 65.4%.

Hemm ragunijiet varji ghal xiex Malta ghandha rata baxxa ta’ nies fix-xoghol, u dawn jinkludu nuqqas ta’ opportunitajiet tajbin. Relatat ma’ dan hemm il-fatt li d-differenza bejn il-paga minimima u certi beneficcji socjali hi tant zghira li persuna ma jkolliex inkoraggiment li tidhol fid-dinja tax-xoghol formali. Ghalhekk, numru ta’ haddiema, inkluz zghazagh li spiccaw l-iskola ta’ eta zghira jahdmu f’xoghol informali jew mhux dikjarat b’kundizzjonijiet prekarji. Ghal din ir-raguni, il-Gvern ghandu jikkunsidra bis-serjeta’ li joghlew il-pagi, specjalment il-paga minima, saiex ikun jaghmel sens li wiehed jidhol f’xoghol formali. Il-Gvern jista’ jikkunsidra ukoll krediti ta’ taxxa biex jikkumpensaw ghall-gholi tal-hajja.

Malta ghandha l-iktar rata baxxa ta’ nies fix-xoghol fl-eta’ ta’ bejn il-55 u l-64, jigifieri ta’ 28.3%. Ricerka socjologika ricenti ta’ Maria Brown dwar tahrig li inghata lill-haddiema anzjani li qed jirregistraw ghax-xoghol turi li f’Malta, haddiema anzjani huma suxxettibbli ghall-pessimizmu u jhossuhom zvantaggjati meta jigu maghzula haddiema godda ghax-xoghol. Il-Gvern zgur li mhux qed jaghti ezempju bl-iskemi ta’ irtirar kmieni minflok ma jinvesti fis-snajja’ u l-esperjenzji tal-haddiema. Il-kwistjoni tat-Tarzna hu ezempju ta’ dan.

Tajjeb ukoll jekk tigi emfasizzata il-htiega ta’ politika li taghmilha iktar facli ghall-haddiema biex jibbilancjaw ir-responsabilitajiet tax-xoghol u tal-familja kif ukoll il-hin hieles. Barra minn hekk, ligijiet fis-sehh bhal dik li taghti drittijiiet lill-haddiema part-time ghandhom jigu enforzati.

Il-persentagg ta’ nisa fix-xoghol (36.9%), ghal darba ohra, hi l-iktar wahda baxxa fl-UE. Dan hu minhabba ragunijiet varji inkluz affarijiet tal-familja, fejn Malta ghandha nuqqas kbir ta’ child care centres affordabbli u sieghat flessibli ta’ xoghol fuq ghazla tal-haddiem. Il-Gvern ghandu jizgura ambjent ta’ xoghol li tiffacilita’ il-partecipazzjoni tan-nisa fl-ekonomija. L- inkuraggiment tal-leave tal-genituri jista’ jwassal ghal rizultati ahjar sabiex in-nisa jippartecipaw fl-ekonomija irrispettivament mix-xoghol taghhom. Sfortunatament, hemm bosta haddiema nisa li mhux qed jibbenefikaw minn-drittijiet bhall-leave tal-genituri, minhabba li bosta sidien mhux qed jaghtu dan id-dritt.

Ghalhekk, tajjeb li l-Gvern biex jaghti priorita’ lix-xoghol fil-bagit li jmiss, fejn dan jaghmel l-almu tieghu li jizgura li x-xoghol ihallas sew. Ix-xoghol ghandu jkun iktar attraenti sabiex iktar nies jippartecipaw fl-ekonomija u sabeix haddiema ezistenti jigu trattati b’dinjita. Id-drittijiet fuq il-post tax-xoghol ghandhom jigu garantiti biex jonqos l-isfruttar.

Michael Briguglio huwa l-kelliem ghall-Izvilupp Socjali u Ekonomiku ta’ Alternattiva Demokratika

No comments: