Dad, political sociologist, local councillor, drummer from Malta

Sunday, June 29, 2008

Il-Politika tal-Konsum

minn Michael Briguglio
http://www.it-torca.com/news.asp?newsitemid=7103
It-Torca, 29 ta' Gunju 2008


Din il-gimgha gejt intervistat ma’ xi hbieb ta’ l-ghaqda Zminijietna mill-habib tieghi Wenzu Mintoff fuq ir-radju. Gew diskussi bosta temi interessanti dwar ix-xellug politiku.

Tema partikolari li giet imqajjma hi dik li ghandha x’jaqsam mal-konsumaturi. Hafna minna huma haddiema, izda ghandna ukoll identitajiet ohra f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ sess, twemmin, nazzjonalita’ u fatturi ohra. Fis-socjetajiet kapitalisti, l-identita’ tal-konsumatur hija wahda li hafna minna ntuha importanza kbira.

Din l-identita’ hija imbutatta mill-htigijiet ekonomici ta’ kumpaniji kbar li jirraprezentaw l-interessi tal-klassijiet ta’ fuq. Prodotti u servizzi jigu promossi permez ta’ reklamar u forom varji tal-medja, sabiex jizdied il-bejgh u l-profitti ta’ dawn l-istess kumpaniji. Fi ftit kliem, f’socjeta’ kapitalista, ll-konsumerizmu hija wahda mill-ideologiji dominanti. Il-konsumerizu isiq qisu twemmin, fejn ‘jien nikkonsma u ghalhekk nezisti’.

Ahna lkoll insiru konsumeristi fis-sens li rridu nikkonsmaw hafna mill-prodotti u servizzi li jezistu fis-suq. Il-politika ta’ privatizazzjoni u liberalizazzjoni ekonomika qed twassal biex iktar prodotti u servizzi jigu akkwistati permezz tal-flus. Mhux qed nitkellem biss ghall-prodotti li mdorrijin bihom, izda qed nirreferi ukoll ghall-affarijiet bhas-servizzi rekreattivi. Medded kbar ta’ l-art qed jigu privatizzati, u llum il-gurnata wiehed ikollu jhallas biex jiehu servizz tajjeb jekk imur jghum, jekk johrog mall-familja u hbieb, u jekk jaghmel affarijiet rekreattivi ohrajn. Jidher li din l-istil ta’ hajja tinghogob minn hafna nies, li konsistentament ivvutaw ghall-gvernijiet li jippromwovu dawn l-affarijiet. L-istess gvernijiet kemm il-darba jiftahru bl-opportunitajiet ta’ xoghol u t-tkabbir ekonomiku li gabet maghha din il-politika liberali.

Izda din il-politika ghandha l-implikazzjonijiet taghha, u hawnhekk tajjeb li x-xellug politiku jaghmel l-interventi mehtiega.

Tajjeb li jigi mistharreg, per ezempju, kif gruppi minn klassijiet socjali jikkonsmaw, specjalment fid-dawl ta’ l-gholi tal-hajja. Il-prezz ta’ l-ikel f’Malta zdied f’9.7 fil-mija fit-tnax il-xahar sa April li ghadda, ikkumparat ma zieda ta’ 6.2 fil-mija fiz-zona ewro. Dan qed iwassal ghal pizijiet kbar fuq haddiema u familji, li hafna minnhom diga’ qeghdin jiffaccjaw spejjez gholjin f’affarijiet bhall-housing u l-energija. Il-klassi tal-haddiema u l-faxex tan-nofs tas-socjeta’ qed jiffaccjaw inugwaljanzi ikbar, filwaqt li l-prekarjat qieghed jizdied.

Tajjeb ukoll li jigi studjat jekk il-mudelli ta’ konsum u infieq li qed naddottaw humiex sostenibbli. Per ezempju, huma bosta li qed jinvestu fil-bini ta’ propjeta’. Apparti li dan qed johloq problemi kbar ambjentali, dan qed johloq ukoll tkabbir ekonomiku artificjali. Jaghmel sens li nkomplu nibnu eluf ta’ propjetajiet meta kwart tal-bini f’Malta huwa vojt? Wisq nibza’ li s-suq tal-propjeta’ qisu xi buzzieqa li dejjem tikber sakemm tinfaqa’. U jekk tinfaqa’ ser iweggghu hafna nies!

Ezempju iehor huwa dak tal-karozzi. Il-karozzi saru necessita’ fil-hajja mghaggla tal-llum, u ghal bosta it-trasport pubbliku ghadu m’huwiex tajjeb bizzejjed biex jilqa’ ghal htigijiet taghhom. Izda kemm jiflah karozzi dan il-pajjiz? Iktar karozzi iwasslu ghal iktar dhahen u mard bhall-kancer; iktar kongestjoni tat-traffiku; u iktar bini ta’ toroq fuq art vergni. U bil-prezzijiet taz-zejt dejjem joghlew, ifisser ukoll iktar pizijiet fuq il-konsumaturi u iktar flus hergin barra l-pajjiz.

Ghal darb’ohra dan jista’ jwassal ghal qasma bejn dawk li jifilhu jhallsu ghall-prezzijiet iktar gholjin tal-fuel, u dawk li ma jifilhux ghal dan. Filwaqt li gvern li jemmen fil-gustizzja socjali ghandu jara li dawn it-tip ta’ qasmiet ma jigux fis-sehh, huwa importanti ukoll li jsir titjib fit-transport pubbliku. S’issa dan il-qasam ma nghatax l-importanza li jisthoqlu minn gvernijiet successivi. Izda kemm ser nibqghu nistennew?

Hemm bosta oqsma ohra li joholqu dilemmi kbar f’dak li ghandu x’jaqsam mal-livelli ta’ konsum li qed naddottaw. Ezempju ta’ dan huwa l-holqien ta’ skart eccessiv, iktar u iktar meta issa qed nuzaw iktar fliexken tal-plastik.

Jidher bic-car li konsum eccessiv jista’ ma jkunx sostenibbli mill-att socjali, ekologici u ekonomici. Filwaqt li l-konsum huwa relatat mal-kwalita’ tal-hajja tan-nies, politika li tiffoka b’mod eccessiv fuq il-konsum tista’ twassal ghall-inugwaljanzi socjali u problemi ekologici. Din hi sfida kbira ghax-xellug. Jista’ jkun hemm politika li tilqa’ l-aspirazzjonijiet konsumeristici tan-nies, izda fl-istess hin tkun konxja li l-konsum m’huwiex bir bla qiegh, u li ghandu l-implikazzjonijiet tieghu?

No comments: