Dad, political sociologist, local councillor, drummer from Malta

Tuesday, January 08, 2008

Il-Htiega ta' Kunsill Trejdunjonistiku

Michael Briguglio

Ufficjal Relazzjonijiet Pubblici
Zminijietna - Lehen ix-Xellug
www.zminijietna.org

ILLUM 30 TA' DICEMBRU 2007


L-artiklu ta' Emmanuel Micallef (Illum, 23 ta' Dicembru 2007) dwar il-htiega ta' Kunsill Trejdunjonistiku huwa wiehed ta' min jaghtih importanza, specjalment meta fil-kamp tas-sidien, il-Federazzjoni ta' l-Industrija u l-Kamra tal-Kummerc qeghdin jahdmu biex jinghaqdu.

F'dan ir-rigward, Zminijietna - Lehen ix-Xellug tappella lill-unjins tal-haddiema biex jirrisolvu id-differenzi rikonciljabli ta' bejniethom u jiffurmaw kunsill trejdunjonijstiku li tahdem fl-interess tal-klassi tal-haddiema.

Kunsilli trejdunjonistici jezistu f'bosta pajjizi fejn unjins tal-haddiema jiddiskutu politika u strategiji u jifformolaw proposti fl-interess tal-haddiema. L-unjins jinghaqdu filwaqt li jirrispettaw l-identitajiet ta' xulxin. F'Malta, l-unjins huma maqsuma, u dan jahdem biss fl-interess tal-klassijiet dominanti ghad-detriment tal-haddiema. Jekk jinghaqdu l-assocjazzjonijiet ta' min ihaddem, wiehed jistenna iktar pressjoni biexjintaqqsu l-kundizzjonijet tal-haddiema. Wiehed ghandu biss jiftakar fl-opozizzjoni kontinwa ta' ghaqdiet ta' min ihaddem kontra zieda fil-paga minima.

Fis-settur privat, haddiema imsiehba f'unjins ta' spiss ma jistawx jinnegozzjaw sew minhabba nuqqas ta' solidarjeta minn unjins ohrajn, filwaqt li fis-settur pubbliku, il-qasma li tezisti fost l-unjins qed taghmilhaiktar facli biex jigu zmantellati jew privatizzati servizzi pubblici. Fl-ahhar mill-ahhar, dan qed iwassal f'telf ta' impjiegi jew kundizzjonijet inferjuri ghall-haddiema.

Barra min hekk, minhabba li iktar ma jmur, Malta qed tersaq vicin in-neo-liberalizmu, il-pajjiz qed jesperjenza zieda f'haddiema li ma jithallewx jissiehbu f'unjins, haddiema part-time, haddiema fuq kuntratt, u haddiema informali, u ghal darb'ohra, dan jirrikjedi azzjoni trejdunjonistika b'sahhita, peress li hafna minn dawn l-impjiegi huma karaterizzati minn nuqqas ta' drittijiet.

Huwa biss permezz tas-solidarjeta' u l-azzjoni kollettiva li l-klassi tal-haddiema tista' ttejjeb is-sitwazzjoni taghha. Kunsill trejdunjonsitku ikun pass fid-direzzjoni t-tajba kontra t-tellieqa sal-qiegh tan-neo-liberalizmu. Bhala ghaqda xellugija, Zminijietna tappella lill-unjins tal-haddiema biex jiffurmaw alleanzi fl-interess tal-haddiema.

No comments: