Dad, political sociologist, local councillor, drummer from Malta

Monday, December 03, 2007

Il-Koabitazzjoni ghandha tkun regolata bil-ligi

Michael Briguglio
Ufficjal Relazzjonijiet Pubblici
Zminijietna - Lehen ix-Xellug

http://www.it-torca.com/news.asp?newsitemid=6420
It-Torca 2 ta' Dicembru 2007

Zminijietna - Lehen ix-Xellug tilqa' l-inkluzjoni ta' koppji li jikkoabitaw bhala applikanti elegibbli ghall-housing socjali, bhala pass lejn iktar inkluzjoni socjali. Madankollu, hemm bzonn qafas legali ghaxil-koabitazzjoni m'hijiex regolata bil-ligi. Ghalhekk, il-koabitazzjoni ghandha tkun rikonoxxuta bil-ligi ta' Malta minhabba li jezistu numru ta' anomaliji u diffikultajiet ghal koppji f'dan l-istat.

Bhal f'socjetajiet ohra, jezistu forom differenti ta' koabitazzjoni f'Malta, ghal ragunijiet kemm ta' sitwazzjonijiet reali kif ukoll ragunijiet kulturali. Izda, ghal kuntrarju ta' socjetajiet ohra, hafna kopji li jghixufi stat ta' koabitazzjoni qeghdin f'din is-sitwazzjoni minhabba l-assenza tad-divorzju. Hafna jixtiequ jizzewgu izda m'humiex permessi jaghmlu dan jekk mill-inqas wiehed jew wahda minnhom tkun separata minn zwieg precedenti. Ghalhekk filwaqt li hafna nies separati jemmnu fiz-zwieg, huma qed jigu mcahhda mid-dritt baziku li jizzewgu.

Din is-sitwazzjoni qed iggib maghha hafna anomaliji u diffikultajiet. Koppji ma jistawx jirregolizzaw is-sitwazzjoni taghhom u m'hemm l'ebda qafas legali li jtihom drittijiet u obligazzjonijiet lejn xulxin. Din hi evidenti f'oqsma bhall-propjeta', taxxazzjoni u manteniment.

Ghalhekk, din is-sitwazzjoni hi diskmriminatorja u hi differenti hafna minn dak li qed jghidu xi opinjoniist li jidhru li m'ghandhomx idea dwar ir-realta' ta' eluf ta' nies.

No comments: