Sociologist, local councillor, activist from Malta

Monday, November 12, 2007

Ic-Censiment u l-Housing

Michael Briguglio
Ufficjal Relazzjonijiet Pubblici
Zminijietna – Lehen ix-Xellug

http://www.illum.com.mt/2007/11/11/l6.html

Illum 11 ta’ Novembru 2007


Il-volum tac-censiment nazzjonali dwar il-housing juri b’mod car li hemm dilemmi kbar f’dan is-settur.

69% ta’ dawk li jghixu f’propjetajiet mikrija huma anzjani. Dan juri li l-proposti ta’ dawk li jridu iktar liberalizazzjoni fil-ligijiet tal-kera huma irresponsabbli u nieqsa mill-kuxjenza socjali, specjalment fil-kuntest kurrenti ta’ prezzijiet ghalja tal-propjeta’.

Ghal dawn l-ahhar snin inghataw impressjonijiet foloz li dawk li jghixu f’propjetajiet mikrija qabel il-liberalizzazzjoni tal-1995 huma nies sinjuri li facilment jistghu ikampaw f’sitwazzjoni ta’ suq hieles fil-propjeta. Izda c-Censiment juri li l-maggoranza ta’ dawk li jghixu fi propjeta’ mikrija huma kbar fl-eta’ – u hi haga cara li l-eta’ avvanzata hi fattur importanti li jista’ jikkaguna aktar faqar.

Ghal din ir-raguni Zminijietna tilqa’ l-fatt li kemm il-Partit Nazzonalista kif ukoll il-Partit Laburista ma cedewx ghall-pressjoni biex ikun hemm suq kompletament hieles li jippermetti lis-sidien tal-propjeta’ li jkeccu lil min qed jghix fil-propjetajiet taghhom.

Ic-censiment juri wkoll li mil-liberalizzazzjoni ta’ l-1995, il-propjetajiet ghall-kiri naqsu minn 28% fl-1995, ghal 21% fl-2005. Dan juri li l-argument ta’ dawk li jridu aktar liberalizzazzjoni, bil-hsieb li aktar liberalizzazzjoni ggib maghha aktar propjetajiet fis-suq tal-kera, ma jfissirx li huma necessarjament korretti.

Jekk xejn, aktar liberalizazzjoni iggib maghha aktar problemi socjali. Barra minn hekk, hafna Maltin jixtiequ jkunu s-sidien tad-djar taghhom ghax din taghti aktar sigurta’ u stabilita’ ekonomika w socjali. Pajjiz ta’ nies li jghixu f’propjeta’ mikrija f’suq hieles hu pajjiz fejn dawn l-istess nies huma dghajfa meta mqabbla mas-sidien.

Fatt iehor ta’ thassib hu l-fatt li l-propjetajiet vojta zdiedu bi 17,000 fl-ahhar 10 snin filwaqt li l-permessi ghal zvilupp zdiedu f’48,000 fl-ahhar seba’ snin. Ic-censiment juri li 22.4% tal-bini f’Malta hu vojt tul is-sena kollha.

Hi haga ironika li filwaqt li l-bini vojt qed jizdied, il-Gvern zied il-medda ta’ art ghall-izvilupp fl-ezercizzju tar-razzjonalizazzjoni tal-2006. L-art ‘ODZ’ (outside development zone) ghandha tigi riveduta u mnaqqsa, u l-propjeta’ li hi vojta ghal ragunijiet purament spekulattivi (ezempju mit-tielet bini vojt ‘l quddiem) ghandha tigi ntaxxata. F’dan ir-rigward il-proposti ta’ Alternattiva Demokratika huma pass pozittiv, ghal kuntrarju tal-proposti favur il-liberalizzazzjoni totali fil-ligi tal-kera.

Il-proposti tal-MLP u l-PN dwar is-sussidji fuq self ghal xiri tad-djar, huma pozittivi. F’dan ir-rigward, il-proposti Laburisti ghandhom impenn socjali akbar, specjalment minhabba li jkopru aktar gruppi socjali.

Izda z-zewg partiti ewlenin ghandhom jaghmlu aktar biex jippenalizzaw l-ispekulazzjoni tal-propjeta’, li hi kagun ewlieni ghaz-zieda rampanti fil-bini vojt. Ovvjament, hawnhekk wiehed ma’ jistax ma jsemmix is-sahha kemm ekonomika kif ukoll politika ta’ kuntratturi kbar.

Fl-istess hin il-‘housing’ socjali provdut mill-istat ghandu jkun aktar affordabbli.

Fl-ahhar mill-ahhar, hemm htiega ta’ pjan nazzjonali dwar il-‘housing’,bl-involviment tas-socjeta’ civili.

No comments: