Sociologist, local councillor, activist from Malta

Monday, November 12, 2007

Bagitt Elettorali

Michael Briguglio
Zminijietna Lehen ix-Xellug

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=39734
L-Orizzont 12 ta’ Novembru 2007

Il-bagit li gie pprezentat mill-Gvern Nazzjonalista ghas-sena 2008 hu wiehed ta’ kontradizzjonijiet - bagit b’numru ta’ mizuri socjali f’kuntest li qed isir iktar neo-liberali. Minkejja li dan il-bagit jinkludi bosta proposti pozittivi, ma jaghmilx bizzejjed biex jaffronta l-problemi li qed jiffaccjaw hafna haddiema u familji. Barra minn hekk, il-proposti pozittivi gew tard wisq.

Hi ironika li bosta proposti pozittivi kienu ittimbrati bhala insostenibbli minn bosta opinjonijisti ‘indipendenti’ meta dawn gew proposti mill-forzi tax-Xellug f’Malta. Ironija ohra hi li xi mizuri socjali kienu diga’ jezistu fil-passat izda tnehhew mill-istess Partit fil-Gvern.

Il-fatt li ser ikun hemm iktar investiment f’oqsma bhall-infrastruttura edukattiva, is-sahha, l-isports, it-tahrig u l-kultura huwa pozittiv. L-istess jista’ jinghad ghall-kumpens shih lill-penzjonanti, zieda fil-maternity leave, dritt universali ghac-childrens allowance, zieda ta’ nies li mhux ser ihallsu taxxa fuq id-dhul, il-proposti dwar l-ambjent kif ukoll il-proposti dwar il-harsien ta’ l-annimali.

Hi haga tas-serhan tal-mohh ghal eluf ta’ familji li l-Gvern ma cediex ghall-proposti ghaggelin u irrisponsabbli favur iktar liberalizazzjoni fil-ligijiet tal-kera qabel ma jkun hemm pjan olistiku dwar il-housing. Madankollu, Il-bagit seta’ ghamel iktar biex ikun housing affordabbli – izda fl-istess hin hu pass pozittiv li l-Gvern ser jissusidja l-interessi fuq self mill-banek.

Madankollu l-bagit m’ghamilx bizzejjed biex jilqa’ ghall-htigijiet ta’ kuljum tal-haddiema u l-familji. Il-kumpensa ghall-gholi tal-hajja zgur li m’huwiex bizzejjed, u l-paga minima ma zdieditx. L-aggustament fir-rati ta’ taxxa fuq id-dhul mhux ser jikkompensaw bizzejjed lill-eluf ta’ haddiema u kienu jkunu iktar gusti li kieku dawn il-gruppi inghataw iktar nifs, filwaqt li tizdied it-taxxa fuq is-sinjuri u fuq kumpaniji li qed jaghmlu dhul straordinarju bhall-banek u kumpaniji tal-loghob.

Il-bagit seta wkoll naqqas is-surcharge fuq l-energija filwaqt li jinkoragixxi uzu sostenibbli ta’ l-energija b’mod progressiv.

Il-bagit ma jaffrontax is-sitwazzjonijiet ta’ sfruttar li qed jiffaccjaw bosta kategoriji ta’ haddiema, haddiema fuq kuntratt definittiv, u ma jiffaccjax il-problema edukattiva principali ta’ l-istreaming.

Il-bagit missu wkoll ta importanza lill-mizuri favur il-familja bhall-childcare centres affordabbli, estenzjoni ta’ revizjoni fuq taxxa fuq id-dhul fuq dawk li jghixu f’koabitazzjoni, u zieda fl-assistenza ghall-single parents genwini. Il- bagit seta wkoll ta’ iktar importanza lill-oqsma bhat-trasport publiku.

Zminijietna – Lehen ix-Xellug ma taqbilx ma’ l-ideologija tal-Gvern favur il-privatizazzjoni, fejn servizzi pubblici u kumpaniji ta’ mportanza strategika gew jew qed jigu mibjugha, b’rizultat ta’ inqas drittijiet ghall-haddiema, inqas kontabilita’ u l-kummercjalizazzjoni ta’ servizzi li ghandhom jitkejlu b’mod socjali filwaqt li jkunu efficjenti.

No comments: