Sociologist, local councillor, activist from Malta

Sunday, October 14, 2007

Il-But, il-mases u l-klassijiet socjali

ILLUM 14 Ta' Ottubru 2007

Michael Briguglio
Ufficjal Relazzjonijiet Pubblici, Zminijietna - Lehen ix-Xellug

L-istharrig ta’ James Debono fl-Illum (16 ta’ Settembru 2007), juri li 22 fil-mija jixtiequ żieda fil-paga, 18 fil-mija jixtiequ tnaqqis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma u 13 fil-mija jixtiequ tnaqqis fit-taxxi.

Fi kliem James Debono, “l-ikbar għajta qabel il-baġit hi dik favur żieda fil-pagi. Din tista’ titqies bħala risposta għall-ħofra fil-but li ħallew numru ta’ miżuri fiskali li ttieħdu tul dawn l-aħħar tliet snin flimkien ma’ żieda fl-għoli tal-ħajja”.

Dan l-istharrig, flimkien ma’ stharrig li deher fil-Malta Today fl-istess gurnata, juri li hafna Maltin qed jghixu f’sitwazzjonijiet difficli, f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ l-ekonomija u s-socjeta’.

Dan juri bic-car li l-klassijiet socjali u l-inugwaljanza jezistu, u jezistu sew!

Zminijietna – Lehen ix-Xellug temmen li l-bugit ghandu jintroduci mizuri biex jigu ssalvagwardjati drittijiet tal-haddiema u familji li qed jiffaccjaw realtajiet horox minhabba politika neo-liberali.

Hafna familji qed ibatu minn stress ikkawzat minn sieghat twal ta’ xoghol ghal paga baxxa, anke fost dawk li ghandhom xogholijiet relattivament stabbli. Barra min hekk, jezistu forom godda ta’ sfruttar fuq haddiema mhux rapprezentati minn unjins, haddiema part-time, haddiema fuq kuntratt, u haddiema kazwali fost ohrajn.

Il-bugit ghandu jikkonfronta problemi li qed jiffaccjaw bosta kategoriji ta’ haddiema billi jintroduci mizuri bhal zieda fil-paga minima, anke fuq xoghol imhallas bis-siegha. It-taxxa fuq id-dhul u taxi ohrajn ghandhom jigu aggustati sabiex jaghtu nifs lil min ghandu paga baxxa jew medja. Min naha l-ohra ghandha tizdied it-taxxa fuq is-sinjuri, fuq l-ispekulazzjon tal-propjeta’ (per ezempju mit-tielet propjeta’ vojta l-quddiem), u fuq kumpaniji li qed jaghmlu profitti barra minn normal bhal banek u kumpaniji tal-loghob, biex b’hekk ikun hemm iktar fondi pubblici li jistghu jintuzaw ghal skopijiet socjali.

Dawn il-mizuri ghandhom jigu akkumpanjati ma’ mizuri ohra li jsahhu l-welfare state. Dawn ghandhom jinkludu mhux biss beneficcji socjali, izda wkoll incentivi, investiment akbar f’edukazzjoni ghat-tfal, zghazagh, adulti u fir-rizorsi umani, investiment fis-servizzi ta’ gwida, u mizuri fil-qasam tax-xoghol ta’ beneficcju ghall-familji, bhal zieda fil-maternity leave, investiment fic-childcare centres u possibilita’ ta’ flessibilita’ fil-hin tax-xoghol b’ghazla tal-haddiema.

Il-welfare state ghandu jissahhah biex jikkumpensa ghall-inugwaljanzi u t-tbatijiet li jgib mieghu il-kapitalizmu. Bosta gruppi socjali huma vunnerabbli ghal bosta inguwaljanzi u ghalhekk jehtiegu l-protezzjoni mill-welfare state. Dawn jinkludu kopji f’koabitazzjoni li huma nieqsa minn bosta drittijiet – specjalment jekk nisa; single parents genwini – li jridu jaghmlu bilanc bejn it-trobbija ta’ tfal zghar u x-xoghol; u gruppi socjali ohra inkluz dawk li jgorru inugwaljanzi maghhom meta jsiru penzjonanti

Qasam iehor li ghandu jigi emfassizzat fil-bugit hu dak tal-housing.

Zminijietna temmen li ghandu jkun hemm iktar fondi publici ghall-housing socjali li hu affordabbli. Il-Gvern ghandu jissusidja l-interessi tal-banek ghal skop socjali. F’dan ir-rigward, Zminijietna taqbel mal-proposti tal-Partit Laburista.

Pozizzjonijiet bhal dawk ta’ Alternattiva Demokratika – li sejhu l-proposta tal-Partit Laburista bhala wahda ‘bla sens’ jikkonfermaw il-biza’ ta’ hafna nies li l-proposti ta’ l-Alternattiva Demokratika dwar il-ligi tal-kera jiffavorixxu biss grupp socjali wiehed – dak tas-sidien tal-propjeta’.

Diskussjoni veramanet olistika dwar dan is-suggett m’ghandiex tkun daqshekk zbilancjata. Ghandha tinghata importanza xierqa lir-realtajiet ta’ kuljum ta’ nies b’paga baxxa jew medja, kopji zghazagh u nies li resqin lejn l-eta’ tal-penzjoni li m’ghandhomx propjeta’. L-ebda liberalizazzjoni fil-ligi tal-kera m’hi ser twassal ghall-djar iktar affordabbli ghall-gruppi socjali bhal dawn. Ghall-kuntrarju, din iggib maghha iktar tbatijiet ghal hafna nies.

Zminijietna ma taqbilx ma’ iktar liberalizazzjoni fil-ligi tal-kera qabel ma jkun hemm process li jwassall ghal pjan olistiku u nazzjonali dwar il-housing. Dan il-pjan ghandu jizgura li l-gruppi socjali l-iktar vunnerabbli ma jispiccawx evakwati minn fejn joqoghdu.

Forsi l-Gvern jista’ jikkunsidra li jissalvagawardja d-drittijiet ta’ min jghix f’propjeta’ li nkriet qabel il-liberalizazzjoni tal-1995 billi jaghti kumpens annwali lis-sidien ta’ dawn il-propjetajiet.
L-istharrig ta’ Illum jikkonferma li lil’hinn mid-dogmi ta’ dawk li qeghdin gharkobbtejhom quddiem l-artal tas-suq hieles, il-verita’ hi li t-tkabbir ekonomiku ma jnaqqasx l-inugwaljanza u l-faqar jekk il-gid li jgib mieghu l-istess tkabbir ma jitqassamx b’mod ekwu. Il-kuncett ta’ l-efficjenza ghandu jitpogga f’kunest ta’ ugwaljanza u gustizza socjali.

No comments: