Dad, political sociologist, local councillor, drummer from Malta

Wednesday, May 03, 2006

Id-Dilemma ta' l-Izvilupp

F’pajjiz zghir bhal Malta, fejn l-art hija limitata, l-ispazzju huwa rizors bi prezz gholi. Hemm bosta possibilitajiet ta’ kif tista’ tintuza l-art. Nghidu ahna, tista’ tintuza ghall-izvilupp residenzjali, zvilupp kummercjali, zvilupp spekulattiv, u zvilupp industrijali. Tista’ tibqa’ fi stat naturali, tintuza ghall-agrikola jew tintuza bhala spazzju miftuh. Tista’ tintuza ghall-skop publiku, socjali jew privat. M’hemmx xi nghidu, l-uzu ta’ l-art huwa relatat mal-poter.

F’dawn l-ahhar snin, pajjizna ra hafna zvilupp spekulattiv, tant li wahda minn kull erbat id-djar huma vojta. Rajna wkoll politika li tiffavorixxi l-izvilupp ta’ bosta progetti kbar, bhall m’huma dawk gewwa Tigne’ u Manoel Island, fejn art publika qed tigi zviluppata f’mega-progetti spekulattiv, kummercjali u residenzjali. Hemm zviluppi ohrajn li ghaddew jew li ghadhom ghadejjin minn kontroversji kbar. Dawn jinkludu Portomaso, il-proposti ghall-koros tal-golf f’Tal-Virtu’, ix-Xaghra l-Hamra u Ta’ Cenc, l-izvilupp propost gewwa Qui-si-sana, il-proposta’ ta’ simenterija fis-Siggiewi, u l-izvilupp propost gewwa l-Munxar.

X’inhi r-relazzjoni ta’ poter f’dan it-tip ta’ zvilupp?

Ir-relazzjoni ta’ poter hi wahda bejn l-istat u l-izviluppaturi. Dawn flimkien jiffurmaw blokk ta’ poter li minnu it-tnejn jibbenefikaw mill-isfruttar ta’ l-art. L-istat jiggwadanja permezz ta’ tkabbir ekonomiku. L-izviluppaturi jiggwadanjaw mill-profitti li jaghmlu permezz ta’ l-isfruttar ta’ l-art, li ssir legittima bl-approvazzjoni u l-ghajnuna ta’ l-istat.

Ghalhekk, naraw kif istituzzjonijiet statali jaghtu importanza kbira lill-izviluppaturi, permezz ta’ ligijiet, incentivi fiskali, u decizzjonijiet favur l-izvilupp. Iz-zewg partiti l-kbar juzaw diskors u jippropogaw ideologija favur tkabbir ekonomiku akkost ta’ kollox. Anke’ jekk dan it-tkabbir hu bbazat fuq spekulazzjoni, bini rampanti u qerda ambjentali. Anke’ jekk dan l-izvilupp jaffettwa b’mod negattiv il-kwalita’ tal-hajja tar-residenti. Anke, jekk, meta wiehed ihares fit-tul, dan l-izvilupp kollu jista’ jkollu riperkussjonijiet ekonomici negattivi, specjalment fuq it-turizmu, minhabba li qieghed ibiddel lill-Malta f’pajjiz tal-konkos.

U m’hemmx xi nghidu, apparti l-ideologija favur dan l-izvilupp insostenibbli, hemm ukoll ir-rabtiet ta’ poter bejn zviluppaturi, l-istat u l-partiti l-kbar.

Izda il-buzzieqa tista’ tinfaqa’.

Dan il-blokk ta’ poter qieghed jiffaccja kontradizzjoni politika kbira. Hafna nies jibdew jurtaw ruhhom b’dan l-izvilupp kollu. Jibdew jaraw kif l-ambjent qed jigi mhedded. Jaraw kif zviluppaturi kbar qed jibilghu l-ispazzji hielsa. Jaraw kif certu ‘zvilupp’ m’hu zvilupp xejn.

Hekk kif iktar nies jaddottaw valuri post-materjalisti (bhall-valuri ambjentali) flimkien ma valuri iktar predominanti u materjalisti (bhas-sigurta’ ta’ l-impieg), hafna jibdew jaghtu mportanza kbira lill-kwalita’ tal-hajja. U dan l-izvilupp kollu ma jibqax legittimu f’ghajnejn hafna nies. Xi whud jipprotestaw, isiru attivi, jappogjaw il-movimenti ambjentalisti.. L-istituzzjonijet ta’ l-istat isiru siti ta’ kunflitt bejn interessi kapitalisti u interessi ekologici. Isiru xi rebhiet mill-movimenti ambjentalisti u r-residenti.

U tfaqqa’ d-dilemma ta’ l-izvilupp. Fuq naha l-izviluppaturi l-kbar. Fuq naha ohra numru jikber ta’ nies li xebghu. L-istat sit ta’ poter u kunflitt, fl-isfond tas-sistema li qed nghixu fiha u l-karateristici tas-socjeta’ civili. U l-partiti politici ? Dawn ikollhom jaghmlu l-ghazliet taghhom.

3 comments:

l-istordut kroniku said...

Wieħed irid japprezza l-ottimiżmu tiegħek Mike, are jien naraha differenti.
Meta Malta tinbena kollha, il-poplu jkun xebghan. Imbagħad il-gvern u l-kapitalist jikkonvinċu l-poplu li jeħtieġ isir żvilupp ambjentali bħal ngħidu aħna korsa tal-golf fejn l-art timtela kollha ħdura tal-ħaxix sabiħ jew xi park rikreattiv li forsi tkun trid tħallas in-noll biex tgawdih għax il-manutenzjoni u t-tisbiħ ma jsirux weħidhom. Il-poplu jiekol dak li jsib quddiemu. Jekk il-medja tibqa’ tiddependi mir-riklami tal-kapitalist jew minn xi partit, allura l-poplu jibqgħu ibellgħulu li l-iżvilupp hu meħtieġ.

Merħba fil-bloggosfera Mike, għax issa skoprejt il-blogg tiegħek.

Il-Fre said...

imma kif tispjega l fatt li hafna izjed nies illum il gurnata ghandhom kuxjenza ambjentali minn qabel? nahseb illi huwa fatt eh. u b kuxejenza ambjentali mhiniex nifhem koros tal golf.

l-istordut kroniku said...

fre, il-kuxjenza favur l-ambjent kibret biss f'dik li hija ndafa u l-estetika tat-toroq, bankini u ġonna, roundabouts u central strips. Mhux għaġeb dan meta tisma' lill-istess prim ministru tagħna jiddefinixxi l-ambjent bħala tali. Agħti daqqa t'għajn lis-sondaġġ ta' Vassallo fis-Sunday Times 14 ta' Mejju 06 u tintebaħ kemm il-poplu Malti jgħożż il-bini u "l-iżvilupp" iktar mill-ambjent.